ŻJARA PASTORALI F’LORETO
TISLIMA TA’ ĠWANNI PAWLU II
LILL-FIDILI FIS-SANTWARJU TAD-DAR IMQADDSA
Loreto (Ancona) – Is-Sibt 9 ta’ Settembru 1995
Ikun imfaħħar Ġesù Kristu. Il-Madonna ta’ Loreto hija wkoll Patruna tal-Aeronawtika Militari Taljana. U hekk illum jiena ġejt hawn bil-ħelikopter, grazzi għall-Aeronawtika Militari Taljana. Insellem minn qalbi lil dawk kollha preżenti hawn, f’dan l-ambejnt fejn diġà hawn miġbura ż-żgħażagħ. Insellem fuq kollox liċ-ċittadini ta’ Loreto. Imbagħad insellem lil tant nisa, bħalissa qed tiltaqa’ l-Konferenza Dinjija fuq il-Mara f’Beijing, u lil tant sorijiet, reliġjużi, u anki l-irġiel, anki intom: l-adolexxenti, iż-żgħażagħ, is-saċerdoti, l-Isqfijiet u l-Kardinali. U nsellem minn qalbi lil dawk li jieħdu ħsieb din id-Dar, il-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini. Allura nafda ruħi fit-talb tagħkom.
Ikun imfaħħar Ġesù Kristu!
Miġjub għall-Malti minn Francesco Pio Attard