“L-Għid il-Kbir huwa ħolqien mill-ġdid. Fih Alla tenna l-kliem, “Ikun id-dawl”. Issa reġa’ hu l-ewwel jum. Ġesù jqum mill-imwiet u joħroġ mill-qabar. Il-ħajja hija b’qawwija aktar mill-mewt. It-tajjeb b’saħtu aktar mill-ħażin. L-imħabba aktar mill-mibegħda. Id-dlam tal-jiem li għaddew tkeċċa fil mument li Kristu ħareġ mill-qabar, u Hu nnifsu sar id-Dawl safi ta’ Alla.”
Dawn kienu uħud mill-ħsibijiet li esprima l-Papa Benedittu XVI fl-omelija li għamel waqt il-quddiesa tal-vġili tal-Għid, u li matulha il-Knisja tixgħel il-blandun bħala simbolu ta’ Kristu, waqt li tkanta l-kliem, “Id-dawl tad-dinja.”