Talb tal-interċessjoni. It-23 Ħadd matul is-Sena.

V Waqt li nżommu f’moħħna li l-importanza li nieħdu ħsieb lil xulxin, b’mod speċjali meta niżbaljaw, ejjew b’umiltà npoġġu t-talb tagħna quddiem il-Mulej.

1. Nitolbu għar-ragħajja spiritwali tagħna biex dejjem juruna bil-kelma u bl-għemil dak li jogħġob lil Alla. Nitolbu

2. Nitolbu għal dawk li ġew mogħtija t-tmexxija tal-pajjiż biex dejjem jiggvernaw għall-ġid komuni u jistinkaw għall-paċi. Nitolbu

3. Nitolbu għal dawk li għal xi raġuni jew oħra waqgħu f’xi żball biex ikollhom min imexxihom fit-triq it-tajba. Nitolbu

4. Nitolbu għalina lkoll biex, filwaqt li nagħrfu d-dgħufija tagħna, nagħmlu minn kollox biex intejbu lilna nfusna. Nitolbu

V Ilqa’ nitolbuk Mulej, dawn it-talbiet tagħna u kun dejjem magħna biex nagħrfu ngħixu tajjeb u nagħmlu l-ġid lil xulxin. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading