Bad Religion

Print Friendly, PDF & Email

Ktieb ġdid dwar l-eretici ta’ żminijietna.

Ross Douthat, kattoliku  u kontributur tan-New York Times, ħareġ ktieb bl-isem Bad Religion: How we became a Nation of Heretics, li għalkemm indirizzat lill-Amerikani, ħafna milli jgħid jgħodd għalina wkoll.

Il-mistoqsija li jipprova jwieġeb dan il-ktieb  hija din: il-pajjiż qed iwarrab ir-reliġjon għal kollox jew qed ifittex setet u forom ta’ reliġjon xejn ortodossi?

L-awtur jgħid li r-reliġjonijiet,  u s-socjeta,  kif konna nafuhom qed jiffaccjaw il-periklu ta’ idejat li għalkemm ħerġin mill-Vanġelu, idawruh kif jaqblilhom u jieħdu minnu biss dak li jogħġobhom. Huwa juża l-kelma ‘eretici’ għax igħidu li jsegwu lil Kristu imma kif jaqbel lilhom. Jitolbu ’l Alla biex jagħtihom s-saħħa u l-ġid,  imma jwarrbu dak li jitlob minnhom sagrificcju jew li joqogħdu lura minn certi prattici. Ġesu għalihom isir sempliciment wieħed minn tant għalliema oħra.

Douthat isemmi kif sa ftit snin ili nies bħal Billi Graham, l-isqof Fulton Sheen, Reinhold Niebuhr u Martin Luther King Jr mexxew ‘l-Amerka f’direzzjoni nisranija. Imma fatturi bħall-globalizzazzjoni u r-revoluzzjoni sesswali tas-sittinijiet farrku r-rispett lejn ir-reliġjon  waqt li l-Protestanteżmu ftit jew wisq cedu quddiem dawn l-idejat ġodda u l-Kattolici ma baqgħux konvinti mill-awtorita tat-tagħlim tal-Knisja.

Iżda Douthat iwissi biex ma noqogħdux nitkażaw u nieqfu hemm. Irridu naraw għaliex l-idejat godda jappellaw għan-nies tal-lum. Irridu wkoll nuru illi t-tagħlim tradizzjonali tal-Knisja ,anke illum, iwassal biex il-bniedem jgħix ħajja iżjed serena,  illi l-familji jkunu aktar magħquda u kuntenti, u li s-socjeta tgħaddi iżjed ‘il quddiem.

Ħajr: Catholic News Agency.

Leave a Reply

%d bloggers like this: