Patri Raniero Cantalamessa OFM Cap huwa l-predikatur tal-Papa u se jkun hawn Malta fuq stedina ta’ Fr Hayden.
Hemm programm ta’ laqgħat għas- saċerdoti, reliġjużi u operaturi pastorli oħra. Il-laqgħat li ser isiru kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex se jkunu mifruxa mill-Ġimgħa, 23 sal- Ġimgħa, 30 ta’ Mejju. Se jkun hemm laqgħa wkoll għas- Sorijiet tal-Klawsura.
Ara l-programm kollu …
Programm
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Mejju 2014, se jkun is-Seminarju, Rabat (Għawdex) fil-5.00 pm
Mistiedna: Saċerdoti, reliġjużi u operaturi pastorli tad-Djoċesi t’Għawdex
Tema: “Inxandru l-Evanġelju bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu” – (1 Pietru 1,12). Il-kontenut u l-metodu ta’ l-Evanġelizzazzjoni
Lingwa: Taljan
——————
Is-Sibt, 24 ta’ Mejju 2014, se jkun is-Seminarju, Rabat (Malta) fid-9.15 am
Mistiedna: Saċerdoti
Tema: “Alla qajmu minn bejn l-imwiet u Alla għamlu xhieda tiegħu” – Kif ngħixu u nħabbru l-qawmien ta’ Ġesu Kristu
Lingwa: Taljan
——————
Il-Ħadd, 25 ta’ Mejju 2014, se jkun Sant’Agata, Rabat (Malta) fid-9.00 am
Mistieden: Kuħadd
Lingwa: Ingliż
Program:
09:00 Praise and Worship
10:00 The Story of the Catholic Charismatic Renewal
10:30 Talk: I believe in the Holy Spirit, Lord and Giver of life
11:30 Coffee Break
12:15 Exhortation/Ministry – The New life in the Spirit by Fr. Cantalamessa
13:30 Lunch Break
15:00 Mass
——————
Mit-Tnejn, 26 sal-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju 2014 se jkun is-Seminarju, Rabat (Malta)
Mistiedna: Membri tal-Ħajja Konsagrata
Tema: “Imtlew lkoll bl-Ispirtu s-Santu” (Atti 2,4) – Pentekoste gdid għall-Ħajja Konsagrata
Lingwa: Taljan
——————
Il-Ħamis, 29 ta’ Mejju 2014 se jkun fil-Monasteru ta’ Santa Klara, San Ġiljan fil-5.30 pm
Mistiedna: Sorijiet tal-Klawsura
Tema: “Alla hu Mħabba” (1 Ġw 4,16) – Fis-solitudni biex inħarsu l-imħabba
Lingwa: Ingliż
——————
Kuntatti:
Mobile (Fr Hayden): 99210705
Fuq Leħen is-Sewwa tħabbar li se jiġi wkoll Patri Federico Lombardi – aktar informazzjoni tkun apprezzata. Grazzi.
very well done, keep it up. gob bless you.
Prosit tassew. Inizjattivi bħal dawn igħinu lill-Knisja Kattolika f’Malta. Grazzi Fr Hayden!