Il-Knisja ma tistgħax twettaq il-missjoni tiagħha fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja

Print Friendly, PDF & Email

Silta mill-Omelija li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien għamel lill-familji fil-mixja Neo-Katekumenali ,

Ara l-filmat taħt …

“Jekk għandna nitkellmu dwar tiġdid dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana anzi tal-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn hawn, minn din il-missjoni.
Knisja Mqaddsa ta’ Alla, inti ma tistagħx tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistagħx twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u l-missjoni tagħha. Aħna mgħaddsin permezz tas-Sagrament tal-ilma u l-Ispirtu s-Santu, mgħaddsin f’dan il-misteru tal-Għid ta’ Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu.

Aħna mgħaddissin biex insibu il-milja tal-ħajja. U dik il-milja rridu nsibuha fid-dimensjoni tal-persuna, imma fl-istess ħin fid-dimensjoni tal-familja, komunjoni tal-persuni. U dan biex twassal, biex tnebbaħ, b’dan it-tiġdid ta’ ħajja l-ambjenti differenti; is-soċjetajiet, il-popli, il-kulturi, il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika, dan kollu.  Dan kollu għall-familja, iva! Intom għandkom tmorru mad-dinja kollha biex ittennu lil kulħadd, “Għall-familja mhux spejjes tal-familja”.

One thought on “Il-Knisja ma tistgħax twettaq il-missjoni tiagħha fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja”

Leave a Reply

%d bloggers like this: