Il-Familja. Edukazzjoni

18. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 20 ta’ Mejju 2015

Il-lum, għeżież ħuti, nixtieq nagħtikom merħba għax ilmaħt fostkom ħafna familji, l-għodwa t-tajba lill-familji kollha! Inkomplu nirriflettu fuq il-familja.

Il-lum sa nieqfu nirriflettu fuq karatteristika essenzjali tal-familja, jiġifieri l-vokazzjoni naturali tagħha li teduka ’l-ulied biex jikbru fir-responsabbiltà tagħhom infushom u ta’ l-oħrajn. Dak li fil-bidu smajna lill-Appostlu Pawlu jgħid hu sabiħ wisq: “Intom, tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan hu li jogħġob lill-Mulej. Intom, missirijiet, la ddejqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom” (Kol 3:20-21). Din hi regola għarfa: l-iben li hu edukat jisma’ mill-ġenituri u jobdi lill-ġenituri li ma jkollhomx għalfejn jikkmandawh b’mod ikrah, biex ma jaqtgħux qalb l-ulied. Continue reading “Il-Familja. Edukazzjoni”