Il-Familja. Bieb li jilqa’

36. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Novembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

B’din ir-riflessjoni wasalna fuq l-għatba tal-Ġublew, jinsab fil-qrib. Quddiemna għandna l-bieb, imma mhux biss il-bieb imqaddes, imma l-ieħor: il-bieb il-kbir tal-Ħniena ta’ Alla – u dan hu bieb sabiħ! –, li jilqa’ l-indiema tagħna u joffrilna l-grazzja tal-maħfra tiegħu. Il-bieb jiftaħhulna minn qalbu, issa jonqos ftit kuraġġ min-naħa tagħna biex nirfsu l-għatba u ngħaddu minnu. Kull wieħed u waħda minna għandu fih xi jtaqqlu. Ilkoll midinbin! Ejjew napprofittaw minn dan iż-żmien li ġej u nirfsu l-għatba ta’ din il-ħniena ta’ Alla li qatt ma jegħja jaħfer, qatt ma jegħja jistenniena! Iħares lejna, dejjem jinsab qrib tagħna. Kuraġġ! Ejjew ngħaddu minn dan il-bieb! Continue reading Il-Familja. Bieb li jilqa’

Il-Familja. Il-konvivjalità (li ngħixu flimkien fil-ferħ)

35. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Novembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum se nirrifletti fuq kwalità karatteristika tal-ħajja fil-familja li wieħed jitgħallem sa mill-ewwel snin tal-ħajja: il-konvivjalità, jiġifieri meta naqsmu flimkien il-ġid tal-ħajja u nifirħu li nistgħu nagħmlu dan. Li naqsmu u nagħrfu naqsmu hi virtù prezzjuża! Is-simbolu tagħha, l-“ikona” tagħha, hi l-familja miġbura mal-mejda tad-dar. Il-qsim ta’ l-ikla – u għalhekk, barra ta’ l-ikel, anki tar-rispett, tar-rakkonti, tal-ġrajjiet… – hu esperjenza fundamentali. Meta hemm festa, għeluq snin xi ħadd, anniversarju, insibu ruħna madwar il-mejda. F’xi kulturi hi drawwa li dan isir ukoll b’sens ta’ viżtu, biex wieħed ikun qrib ta’ min hu mnikket għat-telfa ta’ xi qarib. Continue reading Il-Familja. Il-konvivjalità (li ngħixu flimkien fil-ferħ)

Il-Familja. Aħfer il-ħtijiet

34. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 4 ta’ Novembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-Assemblea tas-Sinodu ta’ l-Isqfijiet, li għalqet ftit ilu, irriflettiet fit-tul fuq il-vokazzjoni u l-missjoni tal-familja fil-ħajja tal-Knisja u tas-soċjetà ta’ żmienna. Kienet ġrajja ta’ grazzja. Fit-tmiem tagħha l-Padri Sinodali għaddewli t-test tal-konklużjonijiet tagħhom. Ridt li dan it-test jiġi ppubblikat, biex kulħadd iħossu qed jieħu sehem fil-ħidma li ratna impenjati flimkien għal sentejn sħaħ. M’huwiex issa l-waqt li niflu dawn il-konklużjonijiet, li fuqhom jien stess għad irrid nimmedita. Continue reading Il-Familja. Aħfer il-ħtijiet

Il-Familja – Fedeltà u Mħabba

33. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 21 t’Ottubru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar meditazzjoni rriflettejna fuq il-wegħdiet importanti li l-ġenituri jagħmlu lil uliedhom, sa minn meta huma maħsuba fl-imħabba u mnissla fil-ġuf.

Nistgħu nżidu li, jekk inħarsu iżjed mill-qrib, ir-realtà sħiħa tal-familja hi msejsa fuq il-wegħda – ejjew naħsbu sew f’dan: l-identità tal-familja hi mibnija fuq wegħda –: nistgħu ngħidu li l-familja tgħix bil-wegħda ta’ mħabba u ta’ fedeltà li r-raġel u l-mara jagħmlu lil xulxin. Dan jiġbor fih l-impenn li jilqgħu u jedukaw l-ulied; imma jitwettaq ukoll meta jieħdu ħsieb tal-ġenituri anzjani, jipproteġu u jieħdu ħsieb ta’ l-iżjed membri dgħajfa tal-familja, jgħinu lil xulxin biex joħorġu l-aħjar kwalitajiet f’xulxin u jaċċettaw il-limiti personali tagħhom. Continue reading Il-Familja – Fedeltà u Mħabba

Il-Familja – Wegħdi lit-Tfal

32. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 14 t’Ottubru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba! Billi l-lum it-tbassir tat-temp kien xi ftit dubjuż u kienet imbassra x-xita, din l-udjenza qed nagħmluha f’żewġ postijiet fl-istess ħin: aħna hawn fil-pjazza u seba’ mitt marid u marida fl-Awla Pawlu VI li qed isegwu l-udjenza minn fuq l-iskrin kbir. Ninsabu lkoll magħqudin flimkien u ejjew nsellmulhom b’ċapċipa.

Il-kelma ta’ Ġesù l-lum hi qawwija: “Ħażin għad-dinja minħabba fl-iskandli”. Ġesù hu realista u jgħid: “Ma jistax ma jkunx hemm skandli, imma ħażin għal min jagħti skandlu”. Qabel nibda l-katekeżi l-lum nixtieq, f’isem il-Knisja, nitlobkom maħfra ta’ l-iskandli li f’dawn l-aħħar żminijiet seħħu kemm f’Ruma u kemm fil-Vatikan, nitlobkom maħfra. Continue reading Il-Familja – Wegħdi lit-Tfal

Il-Familja – Spirtu ta’ Familja

31. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 7 t’Ottubru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Ftit tal-jiem ilu fetaħ is-Sinodu ta’ l-Isqfijiet fuq it-tema “Il-vokazzjoni u l-missjoni tal-familja fil-Knisja u fid-dinja ta’ żmienna”. Il-familja li timxi fit-triq tal-Mulej hi fundamentali fix-xhieda ta’ l-imħabba ta’ Alla u għalhekk jixirqilha d-dedikazzjoni kollha li tista’ tagħtiha l-Knisja. Is-Sinodu hu msejjaħ jinterpreta, għall-ġurnata tal-lum, din l-attenzjoni u din l-għożża tal-Knisja. Ejjew insieħbu l-mixja kollha Sinodali qabel xejn bit-talb u l-attenzjoni tagħna. U f’dan il-perjodu l-katekeżijiet se jkunu riflessjonijiet imnebbħa minn xi aspetti tar-relazzjoni – li nistgħu tabilħaqq insejħulha indissolubbli! – bejn il-Knisja u l-familja, bix-xefaq miftuħ għall-ġid tal-komunità sħiħa tal-bnedmin. Continue reading Il-Familja – Spirtu ta’ Familja

Il-Familja – Popli

30. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 16 ta’ Settembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Din hi r-riflessjoni konklużiva fuq it-tema taż-żwieġ u tal-familja. Ninsabu lejlet ġrajjiet sbieħ u impenjattivi, li huma direttament marbuta ma’ din it-tema kbira: il-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Philadelphia u s-Sinodu ta’ l-Isqfijiet hawn Ruma. It-tnejn għandhom karattru dinji, li jikkorrispondi mad-dimensjoni universali tal-Kristjaneżmu, imma wkoll mal-portata universali ta’ din il-komunità fundamentali u insostitwibbli ta’ bnedmin li hi appuntu l-familja. Continue reading Il-Familja – Popli