Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-veru sawm hu li ngħinu lill-oħrajn

Il-veru sawm hu li ngħinu lill-oħrajn


Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-veru sawm isir meta aħna ngħinu lill-proxxmu; is-sawm falz hu meta nħalltu dak li hu reliġjuż mal-kummerċ maħmuġ u t-tixħim għall-vanità – ir-riflessjoni bi kliem iebes li għamel il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

Il-qari tal-quddiesa tal-lum hu dwar is-sawm, jiġifieri, spjega l-Papa, jitkellem dwar il-penitenza li aħna mistednin nagħmlu matul daż-żmien tar-Randan, biex nitqarrbu lejn Alla li togħġbu l-qalb niedma. Jgħidilna s-Salm: il-qalb li tħoss li hi midinba u tammetti li hi midinba.

Fl-ewwel qari meħud mill-ktieb tal-Profeta Iżaija, Alla jċanfar ir-reliġjożità falza tal-ipokriti li jsumu filwaqt li jibqgħu għaddejjin bin-negozju tagħhom u jaħqru lill-ħaddiema, jillitikaw u jagħtu daqqiet ta’ ponn li jweġġgħu. Minn naħa jagħmlu l-penitenza u mill-oħra jwettqu inġustizzji bin-negozju maħmuġ tagħhom. Iżda l-Mulej jitlob sawm veru: attenzjoni lejn il-proxxmu.

Is-sawm l-ieħor hu sawm ipokrita, saħaq il-Papa, kelma li Ġesù jużaha spiss. Huwa sawm tad-dehra jew intiż biex bniedem iħoss li hu ġust, filwaqt li m’hu ġust xejn għax qed jisfrutta n-nies.

‘Jien ġeneruż, nagħti offerti kbar lill-Knisja’ – imma, għidli, lill-qaddejja tiegħek ittihom paga xierqa? Lill-impjegati tħallashom minn taħt jew kif suppost skont il-liġi ħalli jkollhom biex jitimgħu lil uliedhom?

Il-Papa Franġisku rrakkonta storja li seħħet kif intemmet it-tieni gwerra dinjija lill-patri Ġiżwita Pedro Arrupe meta kien fil-missjoni fil-Ġappun. Raġel sinjur tah offerta biex ikun jista’ jkompli l-attività li jxerred il-Vanġelu. Miegħu kellu fotografu u ġurnalista. Imma fl-envelopp kien hemm 10 dollari biss.

Aħna nagħmlu l-istess, issokta l-Papa, meta lin-nies tagħna ma nħallsuhomx kif jixraq. Mill-penitenzi tagħna, mill-ġesti tat-talb, mis-sawm, mill-karità, aħna nieħdu l-felli tagħna: il-felli tal-vanità, biex nidhru. Dak mhux awtentiku, dik ipokrisija, qal Franġisku.

Huwa għalhekk li Ġesù jgħidilna: ‘Meta titlob oqgħod waħdek, meta tagħti l-karità ddoqqx it-trombi, meta ssum tqarrassx wiċċek.’ Kliem li qisu qed jgħidilna: jekk jogħġbok, meta tagħmel opra tajba, tiħux il-felli tiegħek minnha, dak ikun biss għall-Missier tas-Sema.

Il-Papa Franġisku kkwota lill-Profeta Iżaija fejn jgħid li l-Mulej juri lill-ipokriti liema hu s-sawm veru. Kliem li donnu ntqal għaż-żmien tagħna.

‘Mhux dan is-sawm li rrid jiena?: li tħollu l-ktajjen tal-ħażen, tneħħu l-irbit tal-madmad, teħilsu lill-imjassrin u tkissru kull madmad? Mhux li taqsmu l-ħobż ma’ min hu bil-ġuħ, iddaħħlu f’darkom lil min m’għandux saqaf, tlibbsu lil min hu għeri mingħajr ma tinsew lil qrabatkom?’

Naħsbu f’dal-kliem, temm jgħid Franġisku, naħsbu għal qalbna, insumu, nitolbu, nagħtu l-karità. U jgħinna wkoll nirriflettu dwar xi jħoss bniedem li jkun ħallas mitejn ewro biex mar jiekol u fi triqtu lejn id-dar jara lil xi ħadd bil-ġuħ u mank iħares lejh, jibqa’ għaddej. Jagħmlilna tajjeb naħsbu dwar dan.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: