Messaġġ mill-E.T. Mons. Mario Grech liż-Żgħażagħ fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Il-Ħadd, 9 ta’ April 2017 (Ħadd il-Palm): Messaġġ mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex liż-Żgħażagħ fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Bażilika ta’ San Ġorġ, Victoria.

Messaġġ mill-E.T. Mons. Mario Grech

Meta nifta’ ħarsti fuq “il-Vara l-Kbira”, nilmaħ lil Ġwanni f’riġlejn Ġesù. F’dawn il-mumenti solenni, Ġesù jesprimi l-fiduċja tiegħu f’dan iż-żagħżugħ u jafdalu lil Ommu Marija – l-aktar persuna għażiża għalih.

Nemmen li anki llum Ġesù għandu fiduċja fikom iż-żgħażagħ u lest li jafdalkom sejħa u missjoni. Kif jikteb San Benedettu minn Norcia fir-Regola tiegħu, “ħafna drabi Alla jirrivela l-aħħar soluzzjoni lil min għadu żgħir”.

Għalhekk, inħeġġiġkom biex ma tibqgħux lura meta Ġesù joffrilkom opportunità biex tagħmlu l-ġid. Kemm nixtieq nara aktar preżenza attiva tagħkom iż-żgħażagħ fil-Knisja lokali! Jien konvint li intom iż-żgħażagħ għandkom ħafna x’toffru biex il-Knisja tkompli tiġġedded u tkun żagħżugħa.

Grazzi ta’ dak li intom u tal-ħafna tajjeb li l-Mulej qed jispirakom biex twettqu b’risq il-bniedem kemm fil-Knisja u kemm fis-soċjetà. 

Inħeġġiġkom twasslulna l-fehmiet tagħkom dwar kif nistgħu nagħtu s-sehem tagħna fis-Sinodu tal-Isqfijiet li l-Knisja ser tiċċelebra s-sena li ġejja dwar “Iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali” – ċelebrazzjoni li għandha tgħinna lkoll niskopru x’riżorsa sabiħa hemm moħbija fikom iż-żgħażagħ.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading