Home > Aħbarijiet > Imut l-eks Nunzju Appostoliku għal Malta l-E.T. Mons. Mario Cassari

Imut l-eks Nunzju Appostoliku għal Malta l-E.T. Mons. Mario Cassari


Il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu 2017: Tħabbret il-mewt tal-eks Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, Arċisqof Titulari ta’ Tronto, fl-età ta’ 73 sena. Mons. Cassari nħatar Nunzju Appostoliku għal Malta fit-22 ta’ Mejju 2015. Il-ħidma diplomatiku tiegħu f’Malta ntemmet uffiċjalment fis-27 ta’ April ta’ din is-sena, meta tħabbret il-ħatra tal-E.T. Mons. Alessandro D’Errico bħala Nunzju Appostoliku ġdid. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, li kien ingħata l-pallium minn Mons. Cassari fil-11 ta’ Lulju 2015, sellem il-memorja tal-eks Nunzju Appostoliku permezz ta’ messaġġ fuq Twitter.

Mario_Roberto_CASSARIMons. Mario Roberto Cassari twieled f’Ghirlarza (Oristano) f’ Sardinja, l-Italja, fis-27 ta’ Awwissu 1943. Ġie ordnat saċerdot fis-27 ta’ Diċembru 1969 u ħadem fid-Djoċesi Ampurias e Tempio.
Bejn l-1969-1974 kien Vigarju tal-Katidral ta’ Tempio Pausania (Sardinja), għalliem fi skola sekondarja; Segretarju tal-Isqof, studja Pedagoġija fl-Università ta’ Sassari, l-Italja. Wara xi snin ta’ ħidma pastorali, studja fl-Akkademja Pontifiċja Ekkleżjastika f’Ruma u ngħaqad mas-servizz diplomatiku tas-Santa Sede fil-5 ta’ Marzu tal-1977. Serva fin-Nunzjatura tal-Pakistan, tal-Kolumbja, tal-Ekwador, tas-Sudan, tal-Afrika t’Isfel, tal-Ġappun, tal-Awstrija, tal-Litwanja, tal-Jugożlavja u Bosnja-Ħerzegovina.

Fit-3 ta’ Awwissu 1999 huwa nħatar Arċisqof Titulari ta’ Tronto u Nunzju Appostoliku tal-Kongo u Gabon. Fis-16 ta’ Ottubru 1999 kien ordnat Isqof.

Fil-31 ta’ Lulju 2004 nħatar Nunzju tal-Kosta tal-Ivorju u Burkina Faso u fit-8 ta’ Settembru tal-2004 nħatar ukoll Nunzju ta’ Niġer.

Fl-14 ta’ Frar 2008 nħatar Nunzju ta’ Croatia. Fl-10 ta Marzu 2012 nħatar Nunzju tal-Afrika t’Isfel, Botswana, Lesotho, Nambja u Sważiland. Fit-22 ta’ Mejju 2015 inħatar Nunzju għal Malta.

Rapport fis-sit tal-Knisja f’Malta

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: