Home > Minn Fr Michael Bugeja, Ġenerali > L-Evanġelju tal-Ħamis, 28 ta’ Settembru 2017

L-Evanġelju tal-Ħamis, 28 ta’ Settembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 9, 7-9
Jekk Erodi kien jitħasseb ħafna, jidher li ftit kien jaħsibha. Kieku llum niġġustifikawh u ngħidu li għandu ħafna pressure. Jinkwieta iva imma mbagħad jiddeċiedi spirtu pront. Kien jitħasseb ħafna meta jisma’ lil Ġwanni l-Battista imma xorta meta l-inbid telgħalu għal rasu u l-emozzjonijiet ċajprulu moħħu, ma ħasibhiex darbtejn biex iwiegħed dak li ma setax jagħti. L-awtorità tiegħu kienet tiddependi mill-ħakkiema rumani u għalhekk xejn ma kien tiegħu, imma kien jippretendi li kollox kien.

L-għan tiegħu li jara lil Ġesù ma jidhirx li kien imqanqal minn xi ħeġġa għall-kelma. Kellu ħafna pressure. Ftakar li il-gost li kien jieħu huwa u jisma’ lil Ġwanni l-Battista wasslu biex għal naqra ma waqax għaċ-ċajt ma’ kull min kien stieden għall-party ta’ għeluq sninu. U ngħiduha kif inhi, nafu mill-esperjenza, anke ta’ nfusna, li meta nkunu fl-awtorità irridu nkunu awtorevoli u qatt ma hu d-delizzju favorit tagħna li nisimgħu dak li jgħidilna ħaddieħor. Li kieku l-għan tiegħu kien li jismigħu, meta darba, iktar tard sab ruħu wiċċ’imb’wiċċ miegħu, kien għallinqas jeħilsu mill-mewt. Imma dakinhar mhux Pilatu biss ħasel idejh.
Ried jarah biex jiżgura lilu nnifsu li mhux aqwa minnu, li ma kienx xi ieħor li jheddidlu l-pożizzjoni komda tiegħu. Mhux ta’ b’xejn li Ġesù sejjaħlu ‘volpi’, li aħna ngħidulu ‘makakk’ (li fil-fatt hi xadina). Fi kliem ieħor l-aġenda ta’ Erodi ma kienetx l-aġenda ta’ Ġesù u ma kienetx moħbija lanqas.
Aħna wkoll għandna ħafna pressure. Ninkwetaw ħafna fuq ħafna affarijiet, u forsi għalhekk il-kelma li nisimgħu, kif jgħid Ġesù stess f’San Mattew, hija bħaż-żerrigħa li taqa’ qalb ix-xewk. Aħna ninkwetaw u nitħassbu fuq dak li jidhrilna hu l-aħjar għalina u ftit li xejn inħallu l-kelma, li tmissilna l-qalbna, tagħmel l-għeruq u xxettel u tikber u twarrad. Aħna wkoll għandna l-aġenda tagħna. Għalhekk ngħidu “mhux jien naf x’inhu t-tajjeb!” “x’qed nagħmel ħażin?” Il-kurżità ta’ ħafna minna dwar ir-reliġjon, mhix intiża biex tgħinna ngħixu il-valuri ta’ Ġesù. Donnu iktar nogħxew infittxu d-difetti u ngħawru subgħajna fil-feriti tal-iżbalji tal-imgħoddi u ta’ ħaddieħor biex għemilna jidher inqas gravi. Nitħassbu ħafna imma bħal Erodi m’aħniex lesti neħilsu lil Ġesù mill-mewt, għax mejjet iktar komdu, mejjet ma jheddidx u ma jisfidax.
Ieqaf u aħseb ftit dwar min qed jipprova jiftaħlek għajnejk għax jixtieqlek il-ġid tassew. Insa’ kif ġibt ruħek miegħu s’issa u ibda apprezzah ta’ dak li tassew hu: xi ħadd li jridlek il-ġid.
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: