Home > Aħbarijiet > Il-vjolenza li ssir f’isem ir-reliġjon hi offiża lil Alla – il-Papa Franġisku

Il-vjolenza li ssir f’isem ir-reliġjon hi offiża lil Alla – il-Papa Franġisku


L-Erbgħa, 24 ta’ Ottubru 2017: Il-paċi hi ħaġa urġenti u l-fidili ta’ kull reliġjon għandhom jaħdmu għaliha filwaqt li min hu responsabbli ma jistax jibqa’ newtrali. Dan kien fil-qosor il-ħsieb ewlieni tal-Papa Franġisku meta lbieraħ l-Erbgħa 18 tax-xahar kien qiegħed jindirizza madwar tmenin delegati mill-Konferenza Dinjija tar-Reliġjonijiet għall-Paċi, fl-awla biswit dik tal-udjenzi msemmija għal Papa Pawlu VI Din hija għaqda dinjija tar-reliġjonijiet li flimkien jaħdmu għall-paċi.

Pope-religions-640x480Qabel ma mar fi Pjazza San Pietru għall-udjenza ġenerali, il-Papa Franġisku ġibed l-attenzjoni ta’ dawn id-delegati dwar l-attwalità tal-gwerrer u l-vjolenza li qed jherru tant popolazzjonijiet. Il-paċi hi rigal divin u fl-istess waqt kisba umana, qalilhom il-Papa.

Bil-qalb, bil-moħħ u bl-idejn, kull min jemmen, kull bniedem ta’ rieda tajba jew li għandu xi responsabbiltà huma msejħin biex jaħdmu għall-paċi u jibnuha b’mod artiġjanali.

Fit-tiswir tal-paċi, bir-riżorsi spiritwali u morali tagħhom, ir-reliġjonijiet għandhom rwol partikolari u li ma jista’ jeħodlu postu xejn. Dawn m’għandhux ikollhom atteġġjament newtrali, u anqas u anqas ambigwu fejn tidħol il-paċi.
Kull min jagħmel il-vjolenza f’isem ir-reliġjon joffendi lil Alla bil-kbir, għax Alla hu l-paċi u l-għajn tal-paċi, u fil-bniedem hu qiegħed ir-rifless tal-għerf tiegħu, ta’ setgħetu u tas-sbuħitu.

Il-Papa Franġsiku esprima l-istima tiegħu u l-gratitudni għall-ħidma mwettqa mill-
għaqda Reliġjonijiet għall-Paċi u qal li dan hu servizz prezzjuż kemm għar-reliġjon kif ukoll għall-paċi. Franġisku nnota li min-natura tagħhom, ir-reliġjonijiet huma strumenti tal-paċi permezz tal-ġustizzja, il-fratellanza, id-diżarm u l-kura tal-ħolqien.

Kompitu ieħor tar-reliġjonijiet, issokta Franġisku, hu, li flimkien immexxu ‘l quddiem l-ekoloġija integrali.

Il-Bibbja tgħinna f’dan għax turina dak li ra l-Ħallieq li “ħares lejn dak kollu li kien għamel u ra li kollox kien sew”. Ir-reliġjonijiet għandhom ir-riżorsi biex flimkien jiffurmaw alleanza morali li taħdem biex tmexxi ‘l quddiem id-dinijità tal-persuna umana u l-kura tal-ħolqien.

Lid-delegati tal-Konferenza tar-Reliġjonijiet għall-Paċi, il-Papa Franġisku fakkarhom fil-ħafna eżempji sbieħ li hawn fid-dinja fejn il-koperazzjoni inter-reliġjuża hi ta’ fejda kbira fejn hemm il-kunflitti u biex ikun hemm svilupp sostenibbli. Għaldaqstant stieden lil kulħadd biex jibqgħu mexjin f’dit-triq bil-fiduċja f’Alla u r-rieda tajba tal-bnedmin.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: