Franza tneħħi Salib minn pjazza pubblika

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru 2017: Is-sit newsbook.com.mt ħabbar li l-Kunsill tal-Istat ta’ Franza ordna li jitneħħa Salib minn monument li hemm fi pjazza pubblika, għax sostna li dan imur kontra l-Istat Lajk.Minkejja li dan is-Salib kien jinsab fi Bretagna, fil-qalba tal-Ewropa u mhux f’Raqqa li saret il-kapitali tal-ISIS fis-Sirja, xorta waħda il-Kunsill tal-Istat fi Franza iddeċieda li jitneħħa dan is-salib minn pjazza pubblika bl-iskuża li dan is-simbolu imur kontra l-Istat li jiddikjara li hu Stat Lajk.

Il-Kunsill tal-Istat li hu l-ogħla Qorti fi Franza iddeċieda li dan is-salib li jinsab fuq arkata li taħtha hemm monument tal-Papa Ġwanni Pawlu II li nbena fl-2006, issa 11-il sena wara għandu jitneħħa.

Il-pjazza fejn jinsab dan is-Salib ingħatat l-isem ta’ Papa Gwanni Pawlu II u fiha tpoġġiet statwa ta’ dan il-qaddis maħduma u regalata mill-artist Russu, Zurab Tsereteli, li turi lill-Papa, bil-wieqfa, miġbur fit-talb, b’idejh magħqudin flimkien.
Fuq l-istatwa hemm arkata tal-ġebel, lixxa, li fuqha tpoġġa s-salib, simbolu rikonoxxu tal-Kristjaneżmu li wara tant snin jidher li ta fastidju li xi lajk esprem u talab lill-Qorti biex is-salib jitneħħa għax qal li joffendih u jmur kontra l-liġi.

Meta saret din it-talba, l-Imħallfin tal-Qorti Suprema sabu liġi tal-1905 li kienet iddegretat b’mod uffiċjali is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja u li tipprojbixxi l-bini ta’ monumenti reliġjużi f’postijiet pubbliċi blk-eċċezzjoni ta’ ċimiterji, mużewijiet u postijiet tat-talb bħalma huma l-knejjes.
Fl-2015 it-Tribunal ta’ Renne kien diġa ordna t-tneħħija tal-monument kollu kemm hu, inkuż l-istatwa tal-Papa. Issa wara li sar rikors hemm sentenza ġdida. L-istatwa tal-Papa tista’ tibqa’ imma s-salib irid jitneħħa, għax joffendi.

Mill-Kamra tal-Aġbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading