Home > Aħbarijiet > Il-gwerer ikomplu jolqtu ħafna aktar tfal

Il-gwerer ikomplu jolqtu ħafna aktar tfal


L-Arċisqof Bernardito Auza, l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede fin-Nazzjonijiet Magħquda ġibed l-attezjoni dwar il-fatt li l-għadd ta’ tfal milqutin ħażin minħabba l-gwerer qed jiżdied. Hu kien qed jikkowta mir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda ta’ dis-sena, li jgħid li l-2016 kienet l-agħar sena s’issa li fiha t-tfal intlaqtu ħażin u sofrew minħabba l-kunflitti bl-armi.

ber.jpgDawn ir-rimarki għamilhom waqt dibattitu miftuħ dwar “It-Tfal u l-Kunflitti Armati” fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

L-Arċisqof qal li għadd dejjem jiżdied ta’ tfal sfaw vittmi ta qtil jew sofrew diżabbiltà, ġew maħtufin u mjassrin minħabba vjolenza sesswali, għaddew minn reklutaġġ bħala suldati u bħala attakkanti suwiċidi, batew minħabba attakki fuq skejjel u sptarijiet u tant drabi huma mċaħħdin mill-għajnuna umanitarja.

L-Arċisqof Auza għamel sejħa għal sforzi akbar biex it-tfal ikunu mħarsin, biex ma jinqabux suldati jew jinħatfu, u biex il-gvernijiet jittrattaw lit-tfal li jinqabdu fil-kunflitti armati bħala vittmi u mhux bħala ġellieda. Dan iffiser riabilitazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid fil-familji u fis-soċjetà, ħaġa li l-organiżżazzjonijiet u l-istituzzjonijiet Kattoliċi ilhom jagħmlu għal bosta snin fiż-żoni fejn kien hemm il-kunflitti.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: