Ġerusalemm hi belt unika għax hi sagra għal-Lhud, għall-Insara u l-Musulmani


L-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017: Waqt laqgħa mal-parteċipanti li ħadu sehem f’laqgħa tal-Kumitat permanenti għad-djalogu mal-personalitajiet reliġjużi tal-Palestina, fis-Sala Pawlu VI, qabel ma beda l-udjenza ġenerali, il-Papa Franġisku wera li hu mħasseb għall-aħħar bl-iżviluppi li saru dawn il-jiem fil-Lvant Nofsani, partikolarment f’Ġerusalemm.

lead_960
Il-Belt ta’ Ġerusalemm sagra għat-tliet reliġjonijiet.

Il-Papa għamel appell imqanqal biex f’dil-belt ikun rispettat l-”istatus quo” tagħha, u kollox jibqa’ kif inhu issa bi qbil mal-ftehim u r-riżoluzzjonijiet meħuda fil-Ġnus Magħquda.

Ġerusalemm, qal il-Papa, hi belt unika għax hi sagra għal-Lhud, għall-Insara u l-Musulmani li fiha huma jqimu l-imkejjen qaddisa tar-reliġjonijiet tagħhom. Nitlob lill-Mulej li din l-identità tibqa’ mhux mittiefsa u tissaħħaħ għall-ġid tal-Art Imqaddsa, tal-Lvant Nofsani u tad-dinja kollha. Jalla, żied jgħid, isaltnu l-għaqal u l-prudenza biex nevitaw aktar tensjonijiet f’panorama dinji li diġà hu mħawwad biżżejjed u mifluġ minn bosta kunflitti krudili.

Matul il-laqgħa l-Papa tkellem dwar il-paċi u qal li jekk għall-Knisja Kattolika hu ta’ ferħ kbir li tibni pontijiet ta’ djalogu ma’ komunitajiet, persuni u organiżżazzjonijiet, hu ta’ ferħ akbar li tagħmel dan ma’ personalitajiet reliġjużi u intellettwali tal-Palestina. Għalina, qalilhom il-Papa, l-Art Imqaddsa hi l-post per eċċellenza tad-djalogu bejn Alla u l-umanità. Djalogu li laqaħ il-milja tiegħu f’Nażaret bejn l-Anġlu Gabrijel u Marija, avvenimnet li jissemma wkoll fil-Quran.

Il-kundizzjoni ewlenija biex iseħħ id-djalogu hu r-rispett reċiproku u li kull persuna tingħata d-drittijiet tagħha. Mid-djalogu jinbtu r-rispett u l-kollaborazzjoni li jkunu ta’ fejda għall-ġid komuni. Jien rikonoxxenti lejn l-Awtoritajiet tal-istat tal-Palestina u partikolarment il-President Mahmoud Abbas, issokta Franġisku, li jagħtu attenzjoni lill-komunità Kristjana u jgħarfu l-irwol tagħha fi ħdan is-soċjetà Palestinjana.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.