Siġġu b’ismek fis-Sema

Minn Patri Juan De Bono ocd

Siġġijiet bl-isem fuqhom fl-iskejjel tal-kindergarden

Darba minnhom kont fi skola primarja u kelli nqaddsilhom quddiesa, u nnutajt li s-siġġijiet tat-tfal tal-kindergarden kellhom kull siġġu l-ismijiet fuqhom tat-tifel jew tat-tifla tal-klassi.

Din kienet l-ewwel darba li rajt xi ħaġa hekk, u għalhekk staqsejt x’kienu dawk l-ismijiet, u qaluli li biex ma jkollhomx xi jgħidu u kullħadd isib postu, kull tifel u tifla jkollhom ismijiethom fuq is-siġġu tagħhom.

Is-salvazjoni ta’ ruħna mhix musical chairs

U meta rajt dan ftakart li anki aħna GĦANDNA SIĠĠU B’ISIMNA FUQU FIL-ĠENNA.

L-aħwa l-ħajja, u speċjalment is-salvazjoni ta’ ruħna, MHIX MUSICAL CHAIRS.

Le l-aħwa, d-dinja ġġagħllna naħsbu li għal kull għatba hawn mitt kelb. Le pls, il-mument li fih tnissilna, jiġifieri fil-mument li ommok u missierek lanqas biss kienu għadhom jafu li int tnissilt, Alla l-Misser ikun ġa ordna għalik siġġu u fuqu stampa b’marka li ma titħassar qatt u b’xejn, ismek u l-id no uniku tiegħek.

Siġġu għalina fis-Sema

DAK IS-SIĠĠU JINSAB HEMM FIL-ĠENNA JISTENNIEK.

JIDDEPENDI MINNEK ISSA DAK IS-SIĠĠU TĦALLIHX VOJT JEW INKELLA TOQGĦODX BILQIEGĦDHA FUQU INT META TMUT.

Ġesu qiegħed igħidlna ċar u tond illum:  “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: ‘Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu?’”.

Ohh x’konsolazjoni li nkunu nafu li nistgħu nieħduha easy l-ħajja għax il-mument li aħna mmutu se nsibu dan il-post imħejja għalina fis-Sema.  

Alla l-Imbierek dak li jwiegħed iżommu

Kemm niġu mwiegħa affarijiet aħna l-bnedmin, b’danakollu lkoll nafu kemm ħafna drabi dak li jitwiegħed lilna lanqas biss jista’ jitwettaq, aħseb u ara kemm se eventwalment jitwettaq, għax kif igħidu t-Taljani, ‘tra il dire ed il fare c’è di mezzo il mare’.

Imma Ġesu’ mhux hekk tafx !!!!!!!!!!!!!!!!!

Il-kelma tiegħu iżżomha:

Qabel tela’ s-Sema huwa wiegħdna ‘JIENA MAGĦKOM DEJJEM SAL-AĦĦAR TAŻ-ŻMIEN’.

Wiegħdna wkoll li ‘FID-DAR TA’ MISSIERI HEMM ĦAFNA POSTIJIET’.

U allura għala tħalli l-ħwejjeġ tal-ħajja ta’ kulljum jinkwetawk ?

HUWA JINSAB MAGĦNA DEJJEM u nafu wkoll li l-mument li l-ħajja tagħna fuq din l-art tintemm, hemm POST IMĦEJJI GĦALINA FIS-SEMA.

U allura x’irridu aktar ?

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading