Home > Lectio Divina > Lectio Divina tar-4  Ħadd tal-Avvent Sena B

Lectio Divina tar-4  Ħadd tal-Avvent Sena B


Vanġelu: (Lq 1. 26-38):  L-Annunzjata hija waħda mill-avvenimenti li l-aktar ġiet impittra tul is-sekli.  Hawn min isaqsi jekk dar-rakkont seħħx eżatt kif inhu miktub.  Fil-każ li hekk, l-anġlu kif kien, u daħal mill-bieb jew le?  U Marija kif ma qalet xejn lil Ġużeppi b’kulma ġralha? Dawn huma domandi li jitqanqlu mill-kurżita’ tagħna u m’għandhomx importanza.  Biex nifhmu sew dan ir-rakkont, irridu naraw il-lingwaġġ li juża Luqa, u nsibu li din hi paġna tejoloġika li nkibtet wara r-Reżurrezjoni, i.e. meta l-komunita kienet għarfet min kien tassew Ġesu, iben Marija, sa mill-konċepiment, i.e. Iben Alla l-Għoli.  Luqa jissellef frażijiet milll-Antik Testment, e.g. “i-xebba twelled iben”, eċċ.  Luqa jridna nqisu din il-ġrajja bħala waħda mill-aktar importanti fl-istorja tal-umanita’.

  1. “Fis-sitt xahar…” Luqa ma jtiniex is-sena ta’ din il-ġrajja, p.e. “20 sena wara li Awgustu laħaq imperatur”, jew “29 sena kemm kien ilu re Erodi.”. Dan kienu parti mid-dinja l-antika. Issa se tibda dinja ġdida bi storja ġdida. Sitt xhur qabel, Gabrijel ħabbar lil Żakkarija li martu se twelled iben. Storikament dan ma kienx ifisser ħafna, imma tejoloġikament kien jindika il-bidu tat-tħejjija mill-qrib għall-miġja tal-Messija, biex Alla jwettaq il-wegħdiet Tiegħu mal-bniedem.
  2. “Nazaret,” raħal żgħir u insinifikanti li qatt ma jissemma’ fl-Antik Testment, imdawwar bl-għoljiet tar-raba’ tal-bdiewa Nażrin. (“X’tajjeb qatt jista’ joħroġ minn Nazaret?” –Natanjel).  Kienet belt tal-Galilija fejn insibu nies nofshom pagani. Fil-Ġudea in-nies kienu Lhud puri, u kienu jħarsu b’disprezz lejn il-Galilin.    Alla ma għażilx Ġerusalemm  imma Nazaret, biex juri li spiċċa ż-żmien tal-poter u l-ħakma, u se jibda ż-żmien tal-ħaruf umli. Kulħadd jixtieq ikun kbir f’did-dinja. Aħna jiħtiġilna li nkunu kbar f’għajnejn Alla billi nagħżlu kif għażel hu: iċ-ċokon, il-moħbi u l-umilta’.
  3. “Xebba.” Luqa jisħaq fuq dan il-punt billi jsemmi l-kelma ‘xebba’ (verġni) darbtejn.  Fl-Antik Testment insibu li Israel kien imsejjaħ ‘verġni’ mhux fi żmien ta’ prosperita imma fi żmien ta’ distruzzjoni, għax mara li tibqa’verġni ħajjitha kollha ma tistax tagħti l-ħajja. Ikun jiħtiġilha trid tingħaqad mal-għarus fiż-żwieġ.  Barra minn hekk, dak iż-żmien, il-maternita kienet miżmuma f’livell ferm għola mill-verġinita’. Luqa llum mhux qed iqis biss il-verġinita’ bijoloġika imma anki dik spiritwali.  In-Nisrani jiħtieġlu jiltaqa’ mal-Għarus u jħallih jidħol f’ħajtu, għax inkella jibqa’ sterili u ma jkunx jista’ jagħmel il-frott kemm għall-ħajtu kif ukoll għall-ħajja tal-proxxmu tiegħu.  Marija għand Eliżabetta se tsitqarr: “Il-Mulej ħares lejn iċ-ċokon tiegħi, mhux lejn is-sbuħija tiegħi ta’ barra, u xorta waħda għamel ħwejjeġ kbar.” F’Marija twettqu l-wegħdiet kollha li l-profeti kienu għamlu lil Israel verġni, i.e. meta l-poplu kien mgħakkes.  Marija (Marjam) kien isem popolari dak iż-żmien u kien ifisser “prinċipessa”.
  4. “Siem għalik,mimlija bil-grazza.” Fi kliem ieħor, “Ifraħ!” Dil-kelma (kħajre) fl-Antik testment dejjem tirreferi għal Israel verġni. Anki l-kliem “Il-Mulej miegħek” u “tibżax” Luqa jeħodhom mill-iskrittura u jqiegħdhom f’fomm l-Anġlu: “Ifraħ, bint Sijon, tibżax Israel, taqtax qalbek, għax il-Mulej Alla tiegħek qiegħed f’nofsok” (Sofonija). (Sijon kien il-kwartier l-aktar fqir ta’ Ġerusalemm). “Ifraħ Ġerusalemm, għax il-Mulej se jwaqqaf it-tinda tiegħu f’nofskom” (Żakkarija). Fis-silta tal-lum qed naraw dawn il-wegħdiet iseħħu bil-miġja ta’ tarbija f’’ġuf ta’ verġni.  Mela t-tislima ta’ Gabrijel kienet għal Marija, għal Israel u għall-umanita kollha.  L-umanita dak iż-żmien kien ta’ min jistmerrha.  Alla għażel dak il-mument li l-aktar kellha bżonn l-imħabba Tiegħu.  Kellu  jagħmel użu minn ġuf (li qed jirrapreżenta wkoll l-umanita) biex tilqgħu.
  5. Marija tħawdet mhux bid-dehra (kif għamel Żakkarija) imma bi kiem l-anġlu. “X’missjoni tridni nwettaq eżattament?” “Tibżax!”  Dil-kelma nsibuha spiss meta Alla jsejjaħ lil xi ħadd biex iwettaq xi ħaġa diffiċli.  “Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben u ssemmieh Ġesu.” L-ebda Lhudi ma kien jisssogra jlissen l-isem t’Alla.  Issa se jkunu jistgħu jlissnu l-isem tal-Iben t’Alla, Ġesu (Jexwa) li jfisser “Dak li jsalva”.  L-Iben t’Alla ġej mhux biex jikkmanda u jikkastiga, imma biex isalva. Dan l-isem se jittimbra l-missjoni u l-identita Tiegħu.
  6. “…ikun jissejjaħ Bin il-Għoli.” Dan it-titlu (El Eljon) nsibuh 32 darba fl-iskrittura. Alla qiegħed “fil-għoli” mhux biex iżomm ruħu maqtugħ u ‘l bogħod mill-bniedem u biex jumiljah, imma biex ikun jista’ jara l-bżonnijiet kollha tal-bniedem. In fatti llum qed naraw “Il-Għoli” jinżel fil-ġuf ta’ xebba ta’ 14-il sena.
  7. “.. Alla jagħtih it-tron ta’ David, missieru.” Natan kien wiegħed lil David li d-dinastija tiegħu mhux se tispiċċa. Natan ma kienx qed jirreferi għat-tron ta’ Israel, imma għar-renju l-ġdid li Ġesu (min-nisel ta’ David) ġie biex iwaqqaf fid-dinja kollha  fejn “min jitkabbar jiċċekken, u min jiċċekken jitkabbar.”
  8. “Kif ikun dan ladarba ma nagħrafx raġel?” Żakkarija ma emminx li dak li qallu Gabrijel kien possibli. Marija le. Imma ma fehmietx. Riedet aktar sjegazzjoni: “X’għandi nagħmel? X’qed titlob minni? Kif għandi nġib ruħi?”  L-anġlu jwieġeb: “Dan l-iben mhux se jkun mill-arblu tar-razza ta’ David.  Fid-dinja se jidħol att krejattiv, dirett minn Alla. Se jkun rigal purament mis-sema.” Mela, l-ubbidjenza ta’ Marija mhux waħda għamja, i.e. tobdi bla ma tifhem.  L-ewwel tifhem u mbagħad tobdi.  “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek” – dak l-istess Spirtu li niżel jimraħ fuq l-ilmijiet fil-bidu tal-ħolqien tad-dinja u kulma fiha:  i.e. dan hu l-Ispirtu li joħloq.
  9. “L-anġlu jqawwi lil Marija billi jtiha sinjal: “Eliżabetta wkoll nisslet iben…għax għal Alla xejn mhu mpossibbli.”
  10. “Hawn jien.” Din l-espressjoni qaluha wkoll 178 servi t’Alla meta sejħilhom għall-missjoni tagħhom.  Imma meta nitolbu xi ħaġa lil Alla hu pront iweġibna: “Hawn jien.”

Sors:  lachiesa.it/liturgia/omelie/padrefernandoarmellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: