Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018

L-Evanġelju tas-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 3, 20-21

Mhux kulħadd emmen u mhux kulħadd ħa l-istess impressjoni. Kliemu u għemilu ma kellhomx l-istess effett fuq kulħadd.

Jidher li l-qraba ta’ Ġesù, semgħu b’dak li kien qed jipri f’Kafarnhum u telgħu hemm ifittxuh. Jista’ jkun li kienu nkwetati minħabba saħħtu, jew għax semgħu li kien hemm min qed ifittxu biex jeqirdu. San Mark ma tantx jomgħodha wisq fuq ir-raġuni għalfejn marru jfittxuh. Ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

Kulmin ma jimxix man-normi tal-bnedmin, ma jaħsibhiex eżatt bħal kotra, ma jġix ruħu skont dak li hu normalment aċċetta, jidher stramb, mhux wieħed minna. Min jiġbed daqshekk folol warajh b’dak li jgħid u jagħmel huwa perikoluz għalih innifsu u għal dawk li huma qrib tiegħu. Barra minn hekk, kien hemm it-twemmin li l-mard tal-moħħ kien riżultat ta’ possessjoni. Dak li jkeċċi l-ispirti ħżiena, ħasbu li kien hu stess maħkum minn spirtu jew ħażin jew tajjeb. Żgur kien meqjus li ma kienx f’sensih, ma kellux rażan fuqu nnifsu. Ma kienetx l-ewwel darba u lanqas l-aħħar. Sewwa sew fil-vrus ta’ wara dawn l-awtoritajiet jakkużaw lil Ġesù b’mod dirett dwar is-setgħa tiegħu li, qalu, ġejja mill-prinċep tax-xjaten.

Aħna nibżgħu meta jaħsbu li aħn anies li ngħixu mhux bħall-oħrajn, li ma nimxux mal-kurrent tal-moda tal-ħsieb u l-għajxien. Iġiegħluna nħossuna ħatja li ma naħsbuhiex u ma ngħixux bħall-oħrajn; meta jakkaużawna li starmbi, moħħna magħluq u ngħoixu fil-medjuevu. Dan ifisser li min jgħid hekk ikun qed iħoss li aħna skomdi, daqskemm skomdu kien Ġesù Kristu, is-sinjal li jmeruh u li jikxef il-ħisbijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna.

Għalfejn taqla l-inkwiet meta tista’ tgħix ħajja aċċettabli? Min jemmen tassew ħsiebu biss bie xikun aċċettabli minn Alla biss. M’aħniex imsejħa biex nittieħdu minn dawk li jgħixu madwarna, imma bie xindakkru lil ta’ madwarna b’dak li nemmnu fih. M’aħbiex magħżula biex inkunu normali, imma biex ngħixu n-normalità ta’ Alla.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: