Oġġetti reliġjużi mkissra mill-Istat Iżlamiku għall-wiri fil-Kurja tal-Arċisqof

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018: Fil-Kurja tal-Arċisqof se tittella’ wirja żgħira ta’ diversi oġġetti reliġjużi, miġjuba mill-Iraq u li nstabu fi knejjes li ġew ipprofanati, tkissru u nħarqu mit-terroristi tal-Istat Iżlamiku.

isisFost dawn l-oġġetti hemm slaleb u statwi mkissrin, sfreġju fir-relikwarju u kif ukoll kalċi mtaqqab mill-balal. L-oġġetti nstabu fi knejjes f’Teleskuf u Qaraqosh u qed żuru l-24 pajjiż fejn l-Aid to the Church in Need għandha l-uffiċċji tagħha.

L-għan tal-wirja hu li titqajjem kuxjenza dwar il-ħidma tal-Aid to the Church in Need u dak li qed iseħħ fil-Lvant Nofsani lill-Insara ppersegwitati.

Il-wirja fil-Kurja se tkun miftuħa għada l-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar mill-10:00 a.m. sal-4:00 p.m., u s-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018 mid-9:00 a.m. san-12:30 p.m.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply