NAĦFER IŻDA MA NINSIEX


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Din tista’ tfisser li qed nistenna xi ħaġa mpossibbli. Fost id-doni li tana l-Ħallieq hemm dik tal-memorja, li kapaċi niftakru. Dak li ngħaddu minnu – tajjeb jew ħażin – jibqa’ fil-memorja tagħna. Jekk kienet esperjenza sabiħa ġġibilna ferħ ġewwa qalbna; jekk kienet esperjenza kerha ġġibilna dwejjaq jew niket jew xi drabi rabji wkoll. Dan impossibbli nneħħuħ għax jerġa’ jitfaċċa fil-memorji tagħna.

Mgr Paul Cremona OPFost id-doni li tana l-Mulej hemm id-don tar-rabbja. Hija mekkaniżmu biex nipproteġu lilna nfusna. Fiha nfisha ir-rabja hija biss reazzjoni għal xi ħaġa li tiġrilna barra minna li nħossuha theddida. Iżda xorta rridu b’xi mod nikkontrollaw ir-rabja tagħna għax inkella tibqa’ tagħmlilna ħsara. Jekk ma neħdux taħt il-kontroll tar-raġuni tagħna ir-rabja, tista’ tkun ta’ ħsara għalina l-ewwel u mbagħad ukoll lill-oħrajn.

Ġesu’ tana duwa biex dan ma jiġrix. Din hija l-maħfra. Meta Ġesu’ qalilna naħfru huwa kien qed jaħseb fina stess. Nagħtu każ li xi ħadd għamilli xi deni u jweġġagħni għal dak il-ħin. Ħafna drabi r-reazzjoni tagħna tkun li nirrabbjaw. Minn hemm il-quddiem jiddependi minna stess jekk inħallux li jkompli jagħmlilna l-ħsara għax inħallu lir-rabja tikber ġewwa fina, bil-konsegwenzi kollha tagħha. Tfixklilna r-relazzjonijiet kolha tagħna ma’ ħaddieħor. Il-maħfra hija diffiċli meta tagħmilha iżda mbagħad teħilsek.

Kif għidna ‘l fuq il-memorja terġa’ tfakkarna f’dak li ġarrabna. Ma rridux ninkwetaw meta nerġgħu niftakru: nerġgħu nġeddu l-maħfra tagħna.

Ġesu’ darba staqsewħ għal kemm il-darba rrid naħfer lil ħija. Qalulu: Għal seba’ darbiet, li għalihom diġa’ dehru ħafna. Iżda Ġesu’ qalilhom li għandhom jaħfru sa sebgħa u sebgħin darba (Mt 18,21.22). Ġesu ma kienx qed jagħtina numru biex noqogħdu ngħoddu l-maħfriet. Ried ifisser li kull darba li nħossu r-rabja ġewwa fina, nerġgħu  nagħżlu li nħobbu minflok inħallu li qalbna tibbies. Jekk tibbies tibbies għal kulħadd madwarna u għal Alla nnifsu. Huwa telf kbir.

Biex jispjega dan huwa tana parabbola sabiħa oħra: aħna li l-Missier ħafrilna tant dnubiet, imbagħad ma naħfrux lil xi ħadd li naqasna! (Mt 18, 23-35). Jekk niftakru f’din il-parabbola tgħinna biex naħfru

Ġesu jaf xinhu tajjeb għalina. Ejjew nafdaw il-kliem tiegħu fuq il-bżonn tal-maħfra u nimxu fuqhom. awnhekk

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

One thought on “NAĦFER IŻDA MA NINSIEX”

  1. Well done for this site!
    Some time before Christmas, Bishop Paul wrote articles on Our Lady which were published on lehen is sewwa. Before that an article on marriage.
    Kindly help me find articles requested on this site.
    Thanks

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.