Laqgħa għal aktar għajnuna lill-Kristjani ppersegwitati fil-Wesgħat ta’ Ninwè


27 ta’ Frar 2018: L-UNDP u l-Aid to the Church in Need: Laqgħa ta’ livell għoli biex tingħata aktar għajnuna lill-Kristjani ppersegwitati fil-Wesgħat ta’ Ninwè

IDPs_ renovation_ houses_ Nineveh Plains_ procession_ crucifix_ cross_.JPGRappreżentanti tal-Aid to the Church in Need (ACN) u l-Kavallieri ta’ Kolombus (KoC) kellhom laqgħa llum mas-Sur Mourad Wahba, l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Programm tal-Iżvilupp tal-Ġnus Maqgħuda biex jinforma lill-Ġnus Maqgħuda dwar is-sitwazzjoni tal-Kristjani u minoritajiet oħra fil-Wesgħat ta’ Ninwè.

L-Aid to the Church in Need u KoC tefgħu dawl fuq l-isfidi li għaddejjin bħalissa l-Kristjani li qed ifittxu li jirritornaw fi djarhom u enfasizzaw l-urġenza għal tweġiba kkoordinata biex jiġu mħarsa dawn il-komunitajiet minoritarji fejn offrew pariri professjonali tagħhom fuq il-post. Dawn l-organizzazzjonijiet ta’ Karità Kattolika huma l-akbar kontributuri għall-preservazzjoni tal-95,000 refuġjati interni li għad fadal fit-Tramuntana tal-Iraq. Diġà għenu b’aktar minn $ 50 miljun sa mill-invażjoni tal-ISIS fis-sena 2014.

Is-Sur Mourad Wahba, li jirrapporta direttament lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, spjega l-firxa tal-programmi tal-UNDP fil-Wesgħat ta’ Ninwè, u qal: “Aħna nagħrfu l-ħtieġa għal aktar koperazzjoni għall-istabbilizzazzjoni tal-Wesgħat ta’ Ninwè u l-ħtieġa li nissapportjaw id-diversità reliġjuża bħala difisa kontra r-ritorn tal-ISIS .” Is-Sur Wahba enfasizza l-importanza tal-Kristjani u minoranzi oħra u laqa’ bi ħġaru aktar koperazzjoni fl-Iraq bejn is-setturi pubbliċi u dawk privati.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Aid to the Church in Need, is-Sur Philipp Ozores stqarr: “Nilqgħu b’sodisfazzjon iż-żieda tal-involviment istituzzjonali meħtieġ b’mod urġenti biex tintemm il-persekuzzjoni tal-Kristjani fil-Wesgħat ta’ Ninwè. Il-benefatturi ilhom wisq jipprovdu għajnuna waħedhom.”

Bejn is-snin 2014 u 2018 l-Aid to the Church in Need tat $38 miljun f’għajnuna ta’ emerġenza għall-ħtiġijiet tal-Kristjani refuġjati interni fil-Wesgħat ta’ Ninwè. Illum, ix-xewqa ta’ dawn il-popolazzjonijiet hi li jirritornaw lejn djarhom, l-Aid to the Church in Need ser tipprovdi $5 miljun oħra biex tirranġa 2,000 dar oħra mill-madwar 13,000 dar li ġarrbu ħsarat jew inqerdu totalment biex tgħin il-popolazzjonijiet antiki Kristjani jirritornaw.

Informazzjoni mill-ACN, Malta

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.