Aħbarijiet

Il-Passjoni tal-Insara fis-Sirja llum


Ħamis ix-Xirka.  29 ta’ Marzu 2018:  L-Aid to the Church in Need tal-Malta (ACN Malta) awgurat l-Għid it-Tajjeb lill-kontributuri tagħha u lill-poplu Malti permezz ta’ filmat qasir tal-Insara Sirjani jiċċelebraw is-Solennita ta’ Ħadd il-Palm. Lili onestament laqatni u jkolli nistqarr li għall-ewwel darba f’ħajti nissel fija xewqa kbir li qiegħed magħhom.

 

Fis-Sirja: “Il-Ġimgħa Mqaddsa hija ħajjitna: tbatija, mewt u qawmien”  F’Homs u f’Wied l-Insara, huma mħejjija biex jgħixu l-aktar jiem importanti għall-Imgħammdin, jiem li jagħtu t-tifsira tal-preżenza tagħhom f’dik l-art ilum.

Il-Ġimgħa li għaddiet, anke fil-Katidral Kattoliku Sirjan tal-Ispirtu s-Santu li hemm f’Homs, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar bdew jaslu gruppi ta’ nisa, xi tfal u żgħażagħ u bosta familji. Bosta minnhom, speċjalment l-anzjani huma lebsin l-iswed.
“Matul ir-Randan u matul il-Ġimgħa Mqaddsa mmorru l-Knisja lebsin hekk”, qalet waħda mill-parruċċani, Christine Arwash.

sirjaWara l-qari tal-Evanġelju, jitolbu l-Missierna u l-Ave Maria. Fil-knisja għadhom jidhru ċari s-sinjali tal-gwerra, li kienet tant kiefra speċjalment għall-minorità nisranija tas-Sirja. Pittura imponenti li tfakkar il-ġrajja ta’ Għid il-Ħamsin hija kollha xquq u l-irqajja ta’ żebgħa friska għadhom juri il-postijiet fis-saqaf mnejna nifdu l-mortars. Saħansitra uħud mix-xeni li jirrapreżentaw xi stazzjonijiet tat-Triq tas-Salib huma nieqsa, aktarx jew tfarrku jew kienu misruqa.

“It-talb tal-Via Sacra hija importanti ħafna għalina għax timxi magħna fit-tbatijiet tagħna”, qalet parruċċana oħra. Fi tmiem it-talb, il-kappillan, Fr Kassab jtenni huwa wkoll, “Il-Ġimgħa Mqaddsa hija xbieha ta’ ħajjitna: tbatija, mewt u qawmien. Aħna l-Insara batejna u għadna nbagħtu minħabba l-gwerra fis-Sirja. Uħud mietu fl-attakki, oħrajn mietu għall-twemminhom. Issa qegħdin nippruvaw niksbu lura t-tama u nistennew bil-ħerqa li Ġesù jirxoxta.”

Mhemm ħadd minn dawk preżenti li ma ħassx it-tbatija f’ħajjithom; tilfu lill-għeżież tagħhom, oħrajn għadhom huma stess għaddejjin minn mard u operazzjonijiet, għaż-żgħażagħ il-futur huwa inċert.. Il-ġrieħi ta’ Ġesu Imsallab jidhru wkoll f’laħamhom. Oħrajn bħall-Veronika jew bħal Xmun iċ-Ċirinew, qed ikomplu jgħinu lil Ġesù jġorr is-Salib tiegħu llum.

Xena simili fil-knisja Griega Kattolika ta’ San Pedro, fil-belt ta’ Marmarita li hemm propju fil-qalba ta’ Wied l-Insara, qrib ħafna mal-fruntiera mal-Lebanon. Hemm qed jgħixu eluf ta’ persuni li kellhom jaħarbu minn partijiet oħra tal-pajjiż fejn il-glied qed isir aktar qalil: Aleppo, Damascus, Idlib. “Fil-parroċċa tagħna qed naqdu elfejn persuna kull xahar. Grazzi għall-għajnuna li nirċievu mill-ACN, nistgħu nħallsu l-kera ta’ bosta minnhom, nagħtuhom il-ħwejjeġ, l-ikel, il-mediċini u l-kura speċjalment kontra l-cancer jew mard tal-qalb”, qalilna Fr Walid Iskandafy.

Fil-knisja kemm bosta ikoni, waħda ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, mistika Spanjola. F’post prominenti hemm l-ikona ta’ Verġni Marija. “Marija hija t-tama tagħna. Hija li għexet il-passjoni ma’ Binha, illum hija magħna wkoll, matul kull jum li t-tbatija tagħna tibqa’ għaddejja. Bosta qaluli kif matul l-aħħar snin ħassew tassew il-preżenza u l-faraġ tagħha”, qalilna Fr Walid.

Il-familja Ghassan hija waħda minn dawk li ġarrbu dan il-faraġ ta’ Alla permezz ta’ Marija u permezz ukoll tal-Knisja fis-Sirja. “Ħrabna minn Homs minħabba l-gwerra. Jum fost l-oħrajn, wieħed minn uliedna, Michel, li kellu 25 sena kien fil-kamra meta jidħol bullit u jibqa’ għaddej minn ġo rasu. Miet mill-ewwel”, qaltilna ommu Maha Sanna. “Wara ġejna hawn, f’Wied l-Insara. Qed ngħixu f’post mikru li l-kera tiegħu tħallasulna l-Knisja. Kieku ma kienx għal din l-għajnuna li qed jagħtuna, ma nafx fejn konna nispiċċaw.” Darha llum hija qrib il-belt ta’ Nashra li litteralment tfisser “Nazzri minn Nazzarenu”. Illum hemm eluf ta’ Nazzrin oħra bħall-familja Ghassan, li fis-Sirja u f’partijiet oħra tad-dinja, qegħdin iġorru s-salib tagħhom quddiem il-ħarsa ċċassata ta’ oħrajn.

“Inrodd ħajr lil tant persuni li jagħtu l-għajnuna tagħhom lil Aid to the Church in Need. Aħna ħajjin grazzi għalikom”, jgħid Abboud, il-missier tal-familja Ghassan. “Nafu li m’aħniex waħedna. Aħna nitolbu għalikom, u jekk jogħġobkom, tieqfu qatt titolbu għalina. Jalla jkollkom Għid Hieni. Jalla Ġesù Irxoxt jimliekom bil-barka tiegħu.”

Mill-kitba ta’ Josué Villalón – ACN Spain

Tista’ tagħmel kuntatt mal-ACN – Malta fuq telefon 2148 7817 inkella b’email fuq info@acnmalta.org.
L-indirizz postali huwa, ACN Malta. 39b, Mdina Road, Attard, ATD 9038

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s