L-Evanġelju tas-Sibt 26 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 10, 13-16

Kieku din il-ġrajja seħħet illum, għandu l-ħila jkun hemm min jakkuża lil dawn l-ommijiet li ħadu lil uliedhom għand Ġesù biex iberikhom bi ksur tad-drittijiet tat-tfal li jagħżlu jekk jitberkux minn Ġesù jew le. Donnu l-ommijiet ma jafux x’inhu l-aħjar għal uliedhom. Għalkemm għal kull regola hemm l-eċċezzjoni, l-eċċezzjoni ma tagħmilx regola, għax jekk xi ħadd jgħid li l-eċċezzjoni ssir ir-regola mela r-regoli m’għandhomx jeżistu għax l-eċċezzjonijiet jistgħu ikunu differenti daqs kemm huma differenti l-bnedmin kollha u daqskemm huma differenti r-relazzjonijiet bejniethom.

Dawn l-ommijiet kienu jafu x’inhu l-aqwa ġid ta’ wliedhom, mhux biss għax huma kienu jafuhom l-iżjed, iżda għax l-esperjenzi u l-konvinzjonijiet tagħhom urewhom li hemm ġid li jiġi mill-barka ta’ Ġesù. Għalhekk ħaduhom għandu biex iberikom.

Iżda d-dixxipli dejjaqhom l-istorbju u bdew jgħajtu iżjed minnhom. Riedu jkeċċuhom, jista’ jkun, biex jaqbżu għal Ġesù li seta’ kien għajjien.

Għal Ġesù, l-għejja ddub fix-xejn meta xi ħadd jemmen fih u jfittxu. Jien ma nkeċċi lil ħadd, darba kien qal, u minn idejja ma jeħodhomli ħadd. Mhux biss imma meta ressqulu quddiemu lit-tfal stqarr li min is-saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex kif jagħmlu t-tfal, ma jidħolx fiha. Għalih it-tfal huma l-mudell ta’ kif min jemmen irid iaħres lejn il-Missier u lejh.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.