Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis 7 ta’ Ġunju 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis 7 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 12, 28b-34

X’taqbad tgħid quddiem Alla li jitkellem dwar l-ikbar liġi! Alla li jgħaqqad l-imħabba tiegħu mal-imħabba tiegħek għall-oħrajn u tal-oħrajn għalik. Alla li jqis l-imħabba lejn il-bnedmin daqs l-imħabba lejh. Ir-reċiproċità titwessa u ssir universali. Għal Ġesù m’hemmx liġi ikbar minn dik li toħorġok minnek innifsek u b’imħabba tingħata għall-oħrajn. F’din il-liġi importanti mhux l-oġġett tal-imħabba, lil min tħobb, iżda li tħobb.

Jagħalqlek ħalqek u jiftaħlek qalbek. Kull kelma hi żejda u s-smiegħ iqanqal il-kuraġġ. Mhux biss. Min jaqbel diġa qiegħed qrib is-Saltna ta’ Alla, aħseb u ara min jaqbel u jgħix dak li jaqbel miegħu.

Il-bniedem dejjem ħabb, għax l-imħabba hija l-għaqda tar-rieda bejn l-istint u l-intelliġenza. L-intelliġenza terfa’ l-istint u ttawlu u tgħollih għall-virtù tar-rieda. Il-bniedem, minn natura tiegħu, iħobb lil uliedu, lill-ġenituri tiegħu, lil min jagħmillu l-ġid, li min ikun miġbud lejh lil min jara fih sieħeb. Iżda din l-imħabba tibqa’ dejjem esperjenza umana, li tiddependi mis-saħħa u mill-ħila tal-bniedem innifsu; hija dejjem mhedda, imtebbgħa jew imxellfa mill-ġibda tal-bniedem li jibqa’ ħaj, kultant li jiddomina lil ħaddieħor u jinqeda’ bih. Minn hawn ġejja l-espressjoni skorretta ‘li tħobb lilek innifsek’. Fl-egoiżmu m’hemmx imħabba, għax l-imħabba teħtieġ mill-inqas żewġ persuni.

Iżda Ġesù jagħti dinjità għola lill-imħabba tal-bniedem; jagħmilha esperjenza divina, jagħniha bil-frott ta’ Alla nnifsu. Jekk ma jkollokx imħabba ma int xejn. Jekk ikollok l-imħabba int kollox, diġa qed tgħix il-ħajja ta’ Alla, ma tibqax qrib tas-Saltna ta’ Alla, iżda tkun ġa fiha.

Minn naħa l-oħra, inqas ma tħobb iktar titbiegħed min din is-Saltna, li l-ġid tagħha hu l-hena bla tmiem, hena li ma jiddepednix minn kemm tiggranfa jew taħfen taħt idejk, iżda minn dak li hemm f’qalbek u r-rieda sħiħa li tingħata; l-eroiżmu li kulħadd ifaħħar, iżda tant isibuha diffiċli li jwettqu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: