Aħbarijiet

L-Arċisqof Scicluna f’pellegrinaġġ maż-żgħażagħ fl-Art Imqaddsa


It-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ għal pellegrinaġġ fl‑Art Imqaddsa. L‑Arċisqof huwa akkumpanjat minn 28 żagħżugħ u żagħżugħa bejn il‑15 u t‑30 sena, u minn żewġ saċerdoti. Matul il‑pellegrinaġġ ser iżuru l‑aktar postijiet sagri u importanti għall‑fidi Nisranija bħal Nazaret, Betlehem u Ġerusalemm, kif ukoll santwarji u knejjes fl‑Art Imqaddsa.

Dan il‑pellegrinaġġ huwa organizzat mill‑Malta Catholic Youth Network (MCYN), il‑kummissjoni tal‑Knisja għaż‑żgħażagħ, bħala parti mill‑esperjenzi li l‑Arċisqof qed jagħmel matul din is‑sena bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ f’Ottubru li ġej li sejjaħ il‑Papa Franġisku. Kienet ix‑xewqa ta’ Mons. Arċisqof li jżur l‑Art Imqaddsa maż‑żgħażagħ sabiex huma jaraw il‑post fejn għex Ġesù u jiċċelebraw il‑fidi waqt li jirriflettu fuq il‑Kelma ta’ Alla.

L‑Arċisqof u l‑pellegrini żgħażagħ jaslu lura Malta nhar it‑Tlieta, 10 ta’ Lulju 2018.

One thought on “L-Arċisqof Scicluna f’pellegrinaġġ maż-żgħażagħ fl-Art Imqaddsa

  1. Awguri lil grupp. Jien mort is-sena l-ohra mal-Kumissarjat. Esperjenza tal-genn, kemm kienet sabiha. Kieku nista nerga mmur.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s