Tagħrif dwar id-dokument ta’ ħidma tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ


L-‘Instrumentum Laboris’ jew id-dokument ta’ ħidma tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ li se jsir f’Ottubru li ġej fih tliet sezzjonijiet li huma ir-rikonoxximent, l-interpretazzjoni u l-għażla rigward il-vokazzjoni fil-ħajja. Dan id-dokument ġie ppreżentat mill-Kardinal Lorenzo Baldisseri, is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet u huwa l-frott ta’ fażi twila preparatorja li bdiet bit-tħabbira tas-Sinodu mill-Papa Franġisku fis-6 t’Ottubru 2016.

SynodYouth.jpgDan id-dokument ta’ ħidma tas-sinodu dwar it-tema, “Iż-żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali,” kien ir-riżultat ta’ konsultazzjoni mas-Sinodi tal-Knejjes Kattoliċi tal-Lvant, il-konferenzi episkopali dinjin, id-dikasteri tal-Vatikan u l-Kurja Rumana u l-Unjoni Internazzjonali tas-Superjuri Ġenerali.

Input importanti daħal minn kwestjonarju online li għalih wieġbu aktar minn mitt elf żagħżugħ u żagħżugħa. Inputs oħra daħlu mis-Seminar Internazzjonali dwar il-Kundizzjoni taż-Żgħażagħ li sar f’Ruma u l-Laqgħa Pre-Sinodali f’Ruma ma’ 300 żagħżugħ u żagħżugħa u ħmistax-il elf oħra li ħadu sehem fiha online.

L-ewwel parti tal-Instrumentum Laboris – ir-rikonoxximent – huwa ddedikat għal Knisja li tisma’ u li hija miftuħa għar-realtajiet u l-ħafna sfidi li ż-żgħażagħ qed jiffaċċjaw fil-kuntest tal-lum. Ħafna minn dawn l-isfidi, bħad-diskriminazzjoni reliġjuża, ir-razziżmu, in-nuqqas ta’ sigurtà fl-impjieg, il-faqar, il-vizzju tad-droga, l-alkoliżmu, il-bullying, l-isfruttament sesswali, il-pedo-pornografija u l-korruzzjoni…, huma ġġenerati mill-kultura tal-iskart u minn użu ħażin tat-teknoloġiji diġitali l-ġodda li huma tant invażivi.

It-tieni parti – l-interpretazzjoni – jittratta t-tema tad-dixxerniment tal-vokazzjoni fid-dawl tat-tradizzjoni teoloġika u biblika.

It-tielet parti – l-għażla – tindika t-toroq tal-konverżjoni pastorali u missjunarja li tibda bid-dixxerminent ta’ Knisja li trid toħroġ ‘il barra.

L-instrumentum laboris jikkonkludi b’nota dwar il-qdusija u jgħid li ż-żgħożija hija żmien għal qdusija u ż-żgħażagħ huma wkoll imsejħa biex jgħixu l-Beatitudnijiet fil-ħajja ta’ kuljum.

Rapport mill-Kamra tal-A]barijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.