Il-Ħadd 12 ta’ Awwissu 2018: Sitwazzjoni impressjonanti fis-soċjeta tal-Punent hija l-mod mgħaġġel kif prattiċi li fil-passat kienu illegali issa qegħdin jiġu permessi. Hekk ġara rigward l-abort, is-selezzjoni tal-embrjuni u bħalissa għaddejja wkoll kampanja favur l-ewtanasja. Reċentament ġie magħruf li fis-snin 2016 u 2017 tlett itfal fil-Belġju ġew mogħtija l-ewtanasja u ma sar l-ebda rapport fil-midja !
Persuni li qegħdin jaħdmu bis-sħiħ sabiex jibqa’ jkun hemm protezzjoni fil-liġi favur il-ħarsien tal-ħajja umana ħafna drabi qegħdin isibu opposizzjoni kbira. Matul is-sittax-il sena li l-ewtanasja ġiet legalizzata fil-Belġju sar aktar raġunament sabiex l-ewtanasja tiġi eżerċitata. Qiegħed jingħad li jekk persuna qed tbati minn xi kundizzjoni mentali għaliex m’għandhiex ukoll ikollha aċċess għall-ewtanasja! Fil-Belġju l-ewtanasja ġiet legalizzata fl-2002. Persuni taħt l-eta’ wkoll qed jiġu maqtula . Fil-fatt fil-Belġju qegħdin iħarsu lejn l-istess ewtanasja bħala dritt għall-istess persuni minuri. L-ewtanasja fuq it-tfal fil-fatt ġiet legalizzata fl-2013.
Ir-rata tal-ewtanasja fil-Belġju qiegħda dejjem tiżdied. Għal perjodu twil ir-rata tal-ewtanasja kienet taħt 1,500 fis-sena, iżda reċentament din ir-rata qiegħda tikber. Huwa magħruf li ħafna mill-persuni li ġew mogħtija l-ewtanasja kienu jbatu minn xi nuqqas ta’ saħħa mentali.
Sabiex taqra l-artiklu sħiħ tista tmur fuq http://catholicherald.co.uk/news/2018/07/25/three-children-killed-under-belgiums-euthanasia-law/
Rapport għal-Laikos minn Josephine Debrincat