L-Evanġelju tal-Ħamis 16 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 18, 21 – 19, 1

Irridu nagħmlu naqra somom biex nifhmu sew dak li qed jgħid Ġesù.

Kull talent li jsemmi Ġesù kien daqs, bejn wieħed u ieħor 40 kilogramm deheb li bil-prezz tad-deheb illum jiswa €34, 500 immultiplikati għal 10000 jiġu €34,500,000.

Dinar kien jiswa daqs €0.20, dak iż-żmien paga ta’ ġurnata. Jekk nieħdu l-medja tal-pagi tallum bejn wieħed u ieħor bi €8 euro s-siegħa, €64 kull ġurnata xogħol, mitt dinar jġu jiswew, bil-valur ta’ żmienna, xi €640.

L-ewwel qaddej kellu jagħti lil sidu €34,500,000 u t-tieni qaddej kellu jagħti lil sieħbu li kien midjun mas-sid €640. Baħar jaqsam. Li kieku l-ewwel qaddej kellu jgħix biżżejjed u jaħdem kull ġurnata ta-sena, mingħajr ma jonfoq xejn, kien idum kważi elf u ħames mitt (1500) sena biex iħallas dejnu kollu. Dan biex ma nsemmux l-interessi.

Min jaf kemm stgaħġbu n-nies jisimgħu lil Ġesù jgħid kemm kien id-dejn tal-ewwel qaddej. Dan kollu bi tweġiba għall-mistoqsija li Pietru jagħmel f’isem il-bnedmin kollha tad-dinja matul iż-żmien. Xi kemm hu meħtieġ naħfer lil ħija jekk hu jibqa’ jonqosni? Naħfirlu u nerġa’? it-tweġiba: kull darba li jonqsok, aħfirlu. Meta nitolbu maħfra ma nitolbuhiex bil-biċċiet imma sħiħa u ma nistennewx li jaħfrulna biċċa imma kollox.

It-tweġiba kkulurita u esaġerata ta’ Ġesù ma tħalli ebda dubju dwar kemm u kif għandha tkun il-maħfra tagħna lil min jonqosna. Il-parabbola hija esaġerata fl-ammont tad-dejn u fil-kwalità tal-maħfra.

F’din il-parabbola, hemm ħaġa nteressanti li ħafna drabi taħarbilna. Iż-żewġ qaddejja ma talbux maħfra tad-dejn. Kienu jafu li kienu jkunu wiċċhom tost jekk jitolbu lil min dejjinhom bie xjaħfrilhom dejnhom. Kienu jafu bid-dejn tagħhom u kienu jafu li dak li kellhom jagħtu ma kienx tagħhom iżda ta’ min silifhom. It-tnejn talbu s-sabar sakemm iħallsu. Talbu iktar żmien avolja ż-żmien kien għalaq.

Is-sid ma klleux sabar biex kollox jerġa lura għan-normal bejnu u bejn il-qaddej li kellu jagħtih dik is-somma fenomenali. Għalkemm il-paragun mhux speċifiku, aħna nistgħu niħduh bħala xbieha tal-Missier li mxennaq u bla sabar biex jara lil minhu midjun miegħu magħqud miegħu mill-ġdid, għax id-dejn dejjem iqanqal sudizzjoni f’min irid iħallsu quddiem min silfu. Qatt ma jħossu sewwa miegħu, jistħi, jibża’, dejjem iħossu skomdu. Alla mxennaq għall-bniedem, bla sabar biex ikun ħaġa waħda miegħu, biex il-bniedem iħossu komdu miegħu, mingħajr sudizzjoni u sens ta’ ħtija.

Minn naħa l-oħra l-bniedem, imxebbah ma’ dan il-qaddej ingrat, li kulma jinteressah huwa kemm se jieħu lura dak li hu tiegħu bi dritt, mhux talli m’għandux ħniena lejn wieħed minn sħabu, talli lanqas għandu sabar sakemm jitħallas. U fl-istess ħin biex jagħmel dan tefa’ lil sieħbu l-ħabs bie xil-piż tad-dejn jgħaddi fuq il-familja tiegħu u qrabatu, għax mill-ħabs ma steax iħallsu. Il-ħruxija tiegħu ma ħallihiex taqa’ fuq sieħbu biss, iżda tefagħha fuq l-għeżież tiegħu.

Hemm esaġerazzjoni fid-differenza bejn il-flus li kellhom jagħtu. Hemm esaġerazzjoni bejn il-mod kif iż-żewġ selliefa ġabu ruħhom.

L-ewwel esaġerazzjoni ta’ Ġesù tidher fantastika u mhux rejali. It-tieni esaġerazzjoni ma hi esaġerazzjoni xejn. Narawha tiġri madwarna kuljum, ġieli anke meta nħarsu fil-mera.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.