L-Evanġelju tal-Ġimgħa 17 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 19, 3-12

Mhux l-ewwel darba li xi kelma jew silta mill-Evanġelju jew mill-bibbja tintgħażel minn xi wħud biex fuqha ssir diskussjoni li twassal biex tipprova teorija jew oħra. Meta jiġri dan il-bniedem jista’ jkun li qe djuża l-Kelma ta’ Alla biex imexxi ’l quddiem il-ħsieb tiegħu u, bħal ma jsir f’ġurament falz, ikun qed jgħid li Alla qed jgħid dak li fil-fatt ma jkunx qal.

Mhux l-ewwel darba wkoll li Ġesù juża dak li jkunu staqsewh jew qiegħdulu quddiemu biex jidħol fil-qalb tal-bniedem u jipprova jressaqha mill-ġdid lejn Alla; mhux idawwar id-diskors iżda jipprova juri l-kawża ta’ dak li jemmen u jgħallem il-bniedem x’inhi, bie xil-bniedem ikun jista’ jagħraf l-għerq tal-ħsieb żbaljat tiegħu. Jekk issaffi l-għajn, in-nixxiegħa kollha tkun nadifa.

Il-Fariżej jagħmlu mistoqsija lil Ġesù biex iġarrbuh jiġifieri għamlulu mistoqsija mlibbsa b’interess popolari biex lil Ġesù jiskreditawh quddiem dawk li kienu jemmnu fih, inkluż id-dixxipli. Jekk l-istituzzjoni taż-żwieġ ilha teżisti eluf ta’ snin, probabbli minn meta l-bniedem, kemm mill-esperjenza tiegħu u kemm bl-għerf li jiġi biss minn Alla, beda induna li hemm saħħa fl-istabilità, daqshekk ieħor ilha teżisti il-problema dwar x’jiġri meta ż-żwieġ, għal xi raġuni jew oħra, ma jmurx tajjeb. Kull min hu miżżewweġ għandu f’qalbu din il-biża’ u hemm ħafna każi fejn din il-biża’ għandha pedament fir-rejaltà tal-ħajja ta’ kuljum. Mhux dejjem li t-tajjeb li nixtiequ għalina nfusna u għal ħaddieħor isib il-milja tiegħu. Il-Fariżej jużaw din id-dilemma biex lil Ġesù jġibuh dahru mal-ħajt u jgħid dak li jsta’ jifred lil min qed jisimgħu.

It-tweġiba ta’ Ġesù titkellem dwar x’inhu l-ħsieb ta’ Alla dwar iż-żwieġ u dak li hu marbut miegħu u mhix tweġiba taċ-ċajt; hija tweġiba li għandha ħafna piż fuq il-kuxjenza ta’ min jipprova jħoll dak li jorbot Alla u jħajjar jew jippermetti lil ħaddieħor biex jagħmel hekk. Il-liġi ta’ Alla dejjem liġi ta’ Alla tibqa’ u jista’ jneħħi liġi biss min ikun għamilha.

Ġesù juri lill-Fariżej li l-għebusija tal-qalb twarrab dak li hu ta’ Alla biex iddaħħal minfloku dak li hu tal-bniedem. Il-liġi ta’ Alla qiegħda hemm għal kulħadd biex il-ġid tal-bnedmin jiġi mħares, filwaqt li l-liġi tal-bnedmin, biex ittellef il-fiduċja f’Alla u tkabbar il-popolarità ta’ min jagħmilha tagħti biss kas tal-ħtieġa u kultant tal-kapriċċ tal-individwu, anke bi ħsara għal bnedmin oħra. L-għebusija tal-qalb tagħmel il-qalb xierfa u trabbilha l-kallu tal-alabibiżmu, tal-eliminazzjoni tal-persuna u tneħħi minnha s-senistività lejn dak li jista’ jiġri illum jew għada, lilha nnifisha u lil ħaddieħor. Nafu li dan ma jiġrix f’dak li għandu x’jaqsam maż-żwieġ biss, imma f’kull aspett tal-ħajja, fejn il-liġi ta’ Alla tidher skomda u iebsa.

It-twissija ta’ Ġesù mhix biss kontra d-divorzju. Dak li għaqqad Alla, m’għandu qatt u f’xejn jifirdu l-bniedem. Oqgħodu attenti li qalbkom ma tixrafx għax meta l-qalb tixraf, ma tibqa’ tħoss xejn għal ħadd. Min jista’ jifhem, jifhem. U biex tifhem ma tridx wisq. Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.