Lectio Divina għall-21 Ħadd. Sena “B”


21  Ħadd Matul Sena B

Vanġelu ( Ġw 6, 60 – 69): Ġesu jagħlaq id-dsikors tiegħu fis-sinagoga ta’ Kafarnahum. Illum mhux il-Ġudej jilmentaw fuqu imma d-dixxipli. Din hi kriżi li kull dixxiplu (anki ta’ żmienna) jgħaddi minna meta jirrejalizza x’tinvolvi bis-sħiħ il-proposta ta’ Ġesu għal dinja ġdida. Ħafna jaslu biex jgħidu: “Iebes dal-kliem.Min jista’ jisimgħu?” Għax dan hu kliem li meta se tħabbat rasek miegħu se tweġġa’.  Mhux faċli tifhem li jiħtieġ tiekol il-ġisem u tixrob id-demm ta’ Sidna Ġesu Kristu.  Min isibha faċli aktarx li ma jkun fehem xejn.

Il-folla ġriet wara Ġesu għax ipprovdielha l-ħobż u għamel mirakli oħra. Meta ma għamilx xi prodiġju kienu delużi. Ġrew warjh għall-mottivi żbaljati, kif jagħmlu xi wħud minna llum. Irridu ‘l Ġesu re biex isolvilna l-problemi tagħna bil-mirakli e.g. jitma’ l-fqar tad-dinja.  Imma kif rajna ftit ilu fit-tkattir tal-ħobż, il-prodiġju beda meta tfajjel ta  kulma kellu. B’hekk uriena kif dil-problema nistgħu nsolviha aħna.

  1. Dawk li bdew jimxu wara Ġesu aktar kien moħħhom fil-vantaġġi għal din il-ħajja milli għall-oħra. Mhux ta’ b’xejn, mela, li “bosta mid-dixxipli tiegħu telquh, u ma baqgħux imorru warajh.” Dan għaliex fehmu li, jew tafda u taċċetta bis-sħiħ il-proposta ta’ Ġesu, jew le. Il-ħasra hi li anki llum ħafna Nsara jippruvaw jinqdew b’Ġesu Ewkaristija biex jiksbu vantaġġi materjali, u jikkuntentaw biss b’xi ġenuflessjoni u talb ta’ “tini, aqlagħli dil-grazzja.” Dawn huma ħwejjeġ sbieħ li nitolbu quddiem Ġesu Sagramentat biex iħarisna mill-periki tal-ġisem,  imma ma rridux ninsew dawk tar-ruħ. Iżda min jaħseb li l-Ewkaristija qiegħda għalhekk biss għadu ma fehemx it-tifsira sħiħa tagħha, i.e. li din titlob impenn biex naċċettaw u nibdew inwettqu l-proposta ta’ Ġesu li neqirdu d-dinja l-qadima ta’ mibegħda, tpattija, egoiżmu, vjolenza, regħba, eċċ u nibdew nibnu dinja ġdida ta’ mħabba,  maħfra u għaqda. Din se titlob ħafna sagrifiċċji minn għandna, imma jekk mhux se nagħmlu dan l-ewwel pass, se nibqgħu delużi. Din hi delużjoni ta’ dawk li jinqdew bil-fidi għall-vantaġġi materjali biss, u li jistennew li dejjem jirċievu u qatt jagħtu b’ġenerożita’. Ejjew aħna almenu nagħmlu dan il-pass ‘il quddiem, u fuq kollox ngħallmu lit-tfal it-tifsira sħiħa tal-Ewkaristija. Jekk it-tfal ma jifhmux li din l-Ikla Qaddisa mhux xi rit devozzjonali biss imma tirrikjedi mpenn serju, allura mhux ta’ b’xejn li wara l-Griżma ma narawhomx aktar il-knisja.
  2. “Dan qiegħed ifixkilkom?” Id-dixxipli sabuha bi tqila biex jaċċettaw dan it-tagħlim, skandalizzaw ruħhom, u qagħdu jgergru kif  kienu għamlu l-Ġudej. Dan it-tgergir ifisser li rrifjutaw u opponew b’mod deċiż. Din hi diffikulta’ biex taċċetta li tkun bħal Ġesu, tħaddan il-proposta tiegħu  u tissagrifika ruħek għall-oħrajn.  Għan-nies tad-dinja dan hu falliment. Imma għal Ġesu din tkun it-tifsira sħiħa  tal-Ewkaristija, i.e. li wieħed jimpenja ruħu biex jimxi fuq dan il-kliem. Ġesu jkompli: “Dal-kliem hu ta’ skandlu għalikom?” Mhux biss, imma dawn id-dixxipli tħawdu u bdew jitilquh. Ġesu ma ħadiex bi kbira għax kien jaf kemm hu diffiċli biex bniedem jagħti ħajtu għall-oħrajn. “Għax, billi hu stess bata u kien imġarrab, jaf  jgħin lil dawk li huma fit-tiġrib” (Lhud 2, 18).
  3. “Mela kieku kellkom taraw ‘il Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel!” i.e. jekk, “ wara li taraw kif ngħix,  xorta ma tridux tisimgħu kliemi, kemm se jkollkom  bżonn ta’ aktar fidi meta ma tarawnix aktar?” Meta l-Insara tal-Lvant kienu f’diffikulta’, Pietru, għan-nom tal-Kommunita’ ta’ Ruma bagħat iqawwilhom qalbhom: “Bħalma d-deheb jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom…..Lilu, għalkemm ma rajtuhx, intom tħobbuh; fih intom temmnu” (1 Piet 1, 7-8). Din hi fidi pura u awtentika li mitluba minna llum. Pura – għax m’għandhiex bżonn ta’ provi. “Imberkin dawk li ma rawx u emmnu.”
  4. “Hu l-Ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn.” Biex ninvolvu ruħna f’dil-fidi, ir-raġunar uman (tal-ġisem) ma jiswiex. Il-bniedem, anki l-aktar intelliġenti, waħdu ma jasalx biex jaċċetta l-kliem ta’Ġesu. Min irid jifhem il-proposta evanġelika irid ikollu qalbu miftuħa għall-vuċi tal-Ispirtu. L-għerf uman  jidderieġi l-bniedem lejn l-egoiżmu. Huwa l-Ispirtu li jgħallimna li, biex naċċettaw il-ħajja tal-Etern, irridu nilqgħu il-proposta ta’ Ġesu.
  5. “Kien jaf min sejjer jittradih.” Dan hu l-anti-dixxiplu li se jopponi l-proposta ta’ Ġesu. Moħħu biss fil-ħobż materjali u mhux f’dak li jagħti l-ħajja eterna. Ġesu mhux qed jgħid l-aktar fuq Ġuda l-Iskarjota daqs kemm fuq il-Ġuda li hemm preżenti f’kull dixxiplu. In fatti, “minn dak in-nhar, bosta mid-dixxipli tiegħu telqu u ma baqgħux imorru warajh.” Dawn, u d-dixxipli bħalhom ta’ żmienna, ma kinux nies ħżiena, l-anqas tradituri. Għamlu ħafna għażliet tajbin imma waslu f’punt fejn sabu li Ġesu qed jitlob wisq minnhom. Ġesu jirrispetta l-liberta’ tagħhom għax fejn tidħol l-imħabba ta’ għarus m’hemmx lok li l-għarusa  tħobbu lura bil-fors. L-imħabba vera hi spontanja u libera. Ġesu jħallihom imorru. Forsi jerġa’ jibdielhom meta jaraw  li min aċċetta lil Ġesu hu tant sabiħ, ferħan u uman awtentiku. Hawn Ġesu jaċċenna għall-ħasil tar-riġlejn, għax  min hu lest li jservi l-ħutu bl-aktar mod servili, hu l-aktar li jistħoqqlu l-Ewkaristija.
  6. “Tridux tmorru intom ukoll?” Din it-traduzzjoni tinħass xotta u qarsa, qisu Ġesu ma jimpurtahx mit-tweġiba. It-test Grieg juri li Ġesu kien qed  jistenna risposta tajb, għalhekk qal:: “Għalli jista’ jkun, mhux se tmorru intom ukoll, hux?” Din bħal meta għarus, wara snin ta’ namur, jitlob lil għarusa biex tkun martu. Tista’ tgħidlu le, imma hu jkun qed jistenna li tgħid    Pietru jaċċetta l-proposta ta’ Ġesu, anki jekk ma fehemx kollox dwarha. Jitkellem fil-plural għan-nom tal-oħrajn. “Għand min tridna mmorru?” Dawn m’humiex perfetti, bħalma m’aħniex aħna.  Imma bħat-Tnax, aħna nħossu li din hi l-aħjar triq li għandna nieħdu, avolja ma nifhmux kollox u jkollna xi dubji. Ta’ spiss intennu bħal Pietru: “U aħna nemmnu u nafu li int il-qaddis t’Alla,” i.e. int differenti minn kif konna nimmaġinaw il-Messija li se jkun.  Darba Ġesu qal: “Jien għażiltkom, imma wieħed minnkom se jittradini.” Ġuda dejjem imsemmi “wieħed mit-tnax”, i.e. wieħed mill-magħżulin. Dan biex noqogħdu attenti għal xi Ġuda fil-kommunita’ tagħna li, mhux biss jirrifjuta l-proposta ta’ Ġesu, imma talli jaħdem kontriha.

Sors: lachiesa.it/liturgia/omelie/padrefernando armellini

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.