L-Evanġelju tat-Tnejn 20 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 19: 16-22

Li timxi skont il-kmandamenti huwa tajjeb iżda mhux it-Tajjeb. L-attitudni ta’ ubbidjenza lejn il-liġi ta’ Alla mhix biżżejjed biex tikseb il-ħajja ta’ dejjem. Ġesù jagħmel din id-distinzjoni mportanti ma’ dan ir-raġel żgħażugħ li, b’entużjażmu mar jistaqsi Ġesù jekk għandux il-biljett għall-Ġenna maqtugħ u lest. Lanqas l-entużjażmu ma hu biżżejjed.

Spiss jiġrilna, bħal dan iż-żgħażugħ, li naħsbu li l-ubbidjenza hija kollox, iżda skont Ġesù mhix biżżejjed biex wieħed jgħix it-Tajjeb. It-Tajjeb mhux dak li naħseb jien, li ħafna drabi jiddependi minn dak li nkun qed ngħix f’sitwazzjoni u fi żmien partikulari ta’ ħajti, iżda huwa l-perfezzjoni ta’ Alla għax Alla hu perfett u Alla u t-Tajjeb.

L-isfida hija kbira ħafna. Kull wieħed u waħda minna nistgħu inkunu qe dnobdu l-kamdamenti b’mod li ma jikkawżalniex skumdità żejda, jew inkella nfasslu ħajja li ma taqbiżx il-linja b’sens ta’ tellieqa jew kompetizzjoni. Iżda it-tajjeb mhux mibni fuq l-obbligu jew id-dmir.

Alla ma jħobbx la b’obbligu u lanqas b’sens ta’ dmir. Id-dixxiplu proattiv huwa dak li jħobb għax irid iħobb; fih hemm ir-rieda li jħobb mhux li jissodisfa dmir jew obbligu. U għalhekk li Ġesù jagħmel daqshekk emfasi fuq li tneħħi kollox u tagħtih lil foqra; mhux tagħti miż-żejjed tiegħek, iżda tafgħti kulma għandek. Dan ma jista’ qatt jiġi minn sens ta’ dmir jew obbligu, għax dan is-sens ikejjel u jqis. L-imħabba la tkejjel u lanqas tqis, tagħti kollox anke lilha nnifisha.

Forsi nqarrsu wiċna għal dan il-kliem għax narawh iebes. Iżda, gaħl xi raġuni jew oħra, Alla li jgħix b’din l-imħabba, ma jqarras wiċċu qatt.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.