Hostels għall-istudenti Għawdxin f’Malta


Is-Sibt, 8 ta’ Settembru 2018: HOSTELS GĦALL-ISTUDENTI GĦAWDXIN F’MALTA.

Wara li nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru 2018, id-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret li, bilkollaborazzjoni tal-Patrijiet Agostinjani u s-Sorijiet ta’ St Joseph, ser tiftaħ żewġ hostels għall-istudenti Għawdxin li qegħdin f’xi istituzzjoni ta’ edukazzjoni terzjarja f’Malta  Università, l-MCAST, l-ITS, jew l-ACCA), is-Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi l-bieraħ ikkomunika dan li ġej:

(1) Bejn iż-żewġ hostels hemm total ta’ 21 post: disa’ kmamar singoli u sitt kmamar ta’ tnejn. Ħafna mill-kmamar huma bil-banju en suite.
(2) Jista’ japplika kull student li joqgħod Għawdex.
(3) Ġew ippubblikati l-kriterji (mehmużin ma’ din l-Istqarrija, jew mir-Reception tal-Kurja djoċesana) li fuqhom ser jimxi l-Bord li ser jagħżel min ser jidħol.
(4) Il-Bord tal-Għażla huwa magħmul mis-Sur Victor Gusman (is-Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi), Dr Joe Azzopardi (Lekċerer fl-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy fl-Università ta’ Malta), is-Sur Richard Matrenza (accountant u trejdunjonista), u membru mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Gozo University Group (GUG).
(5) Il-kontribuzzjoni hija ta’ €100 fix-xahar (minn Ottubru sa Ġunju).
(6) Il-ħlas tas-servizzi tad-dawl, il-gass, l-ilma, l-internet u t-tindif jinqasam bejn l-istudenti.
(7) L-applikazzjonijiet iridu jaslu lis-Segretarju Amministrattiv, il-Kurja tal-Isqof, Triq
ir-Repubblika, il-Belt Victoria, sat-22 ta’ Settembru 2018.
(8) Dawk li jintgħażlu, jiġu mgħarrfa bil-miktub sas-26 ta’ Settembru 2018.

Formula minn hawn: Student form

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.