L-Evanġelju tat-Tnejn 10 ta’ Settembru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 6, 6-11

Biex tagħmel il-ġid la hemm bżonn approvazzjoni u lanqas permessi. It-twettiq tal-ġid la għandu ħin u lanqas ġranet; huwa l-prijorità u l-privileġġ ta’ kulħadd. Quddiem il-ġid jaqgħu id-drawwiet u l-liġijiet, ir-regoli u t-tradizzjonijiet; il-ġid tal-bniedem ma għandu qatt jintuża biex isawwat jew iżeblaħ lil min jagħmlu.

Raġel b’idu l-leminija niexfa, għall-evanġelista, huwa bniedem li ma jistax jaħdem; ma jistax jgħix hu bil-ħila tiegħu biss, għax ħadd ma jħaddmu, u wisq inqas jista’ jgħajjex lill-familja tiegħu. F’għajnejn in-nies ta’ żmien Ġesù, il-fatt li ma setax jgħix ħajja normali bir-responsabiltajiet li ġġib magħha, kien jagħmel minn dan ir-raġel xi ħadd li għandu fuqu saħta, dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, u la kellu fuqu saħta, ma kellux ikun mgħejjun. Għall-grazzja ta’ Alla, ħafna minna, naħsbuha b’mod differenti ħafna, għalkemm min ikun qed jabbuża minn sistemi ta’ għajnuna ikun qed jisraq minn ħalq min hu tassew fil-bżonn. Iżda jibqa’ l-fatt li fi żmien Ġesù din kienet il-mentalità u biex tibdel mentalità, kif nafu mill-esperejnza, hemm swar kbar u qawwija x’jingħelbu.

Il-kittieba u l-fariżej kienu jafu li Ġesù jfejjaq; fuq dan ma kellhomx dubju. Il-fama tiegħu xtrerdet u jista’ jkun li rawh b’għajnejhom stess; wara kollox donnhom kienu qed jiġru warajh qishom id-dell teigħu. Minflok apprezzaw il-qalb ħanina tiegħu l-qawwa li kien juri meta jfejjaq, dawn in-nies indunaw li l-ħniena u l-qawwa tiegħu setgħu jiġu użati biex isawtuh bihom. Kienu jafu li qalbu ma ttihx li jara lil xi ħadd batut u ma jgħinux, u minflok taw ġieh lil Alla li bi bniedem kien qe djagħmel il-ġid, ippjanaw li jużaw il-grazzja ta’ Alla biex jakkużawh li qed iġib ruħu kontra Alla meta jikser il-liġi tas-Sibt. Il-ħażen m’għandux brejkijiet, ma jieqaf quddiem xejn u ħadd; l-għan tal-ħażin hu li jwaqqaf il-ġid u t-tajjeb u jkaxkar miegħu lid-dgħajfin li ma jaħsbux b’rashom u ma jużawx qalbhom.

Ġesù, bħal kulmin hu tajjeb u ġenwin, jagħraf il-ħsibijiet ta’ dawk li riedu jistaduh, dawk li ħejjew ħofra għal riġlejh, biex jabqduh fix-xibka tal-qerq tagħhom. It-tajjeb mhux baħnan anzi fih hemm l-għerf li ġej minn Alla, iżda t-tajjeb jagħmel għażliet li mhumiex mibnija fuq il-biża għalih innifsu imma fu ql-imħabba lejn l-oħrajn, l-aktar dawk li huma fil-bżonn.

Ġesù, li jagħaraf biex kienu ħerġin, jistaqsihom, iżda ma jistennix tweġiba. Il-ġid m’għandux bżonn it-tweġibiet ta’ min ifittex ix-xagħra fl-għaġina. Il-ġid huwa dejjem ir-reida ta’ Alla li jħobb u r-rieda ta’ Alla tiġi qabel kull ħsieb u qerq tal-bniedem. Ġesù jagħtih is-saħħa f’idu u magħha jagħtih il-libertà li jieħu ħsieb tiegħu innifsu u tal-familja tiegħu. Dan nissel korla kbira fil-qlub ta’ dawk li riedu jakkużawh. Il-ġid li sar lil dak ir-raġel qisuh bħala sfida għalihom. Minflok ferħu għall-ġid li sar, iffrustraw ruħhom għax interpretaw dak li għamel Ġesù bħala sfida lilhom. Kemm hu veru li min għandu jingħatalu u min m’għandux jitteħidlu saħansaitra dak li jaħseb li għandu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.