L-Isport u l-Fidi għandhom bżonn lil xulxin u jmorru id f’id


Il-Ħamis 11 ta’ Ottubru 2018: L-Isport u l-Fidi għandhom bżonn lil xulxin u jmorru id f’id biex jiffurmaw il-moħħ u l-ġisem tal-bniedem bħala bniedem sħiħ. Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li dan qalu fis-Sinodu, l-Isqof Maian Florczyk, delegat għall-Isport tal-Konferenza Episkopali Pollakka.

Isqof Maian Florczyk
Isqof Maian Florczyk

Fil-fatt, il-bżonn li l-Knisja tkun preżenti fid-dinja tal-Isport hu enfasizzat ukoll fl-Instrumentum Laboris li hu d-dokument li fuqu qed jitmexxa s-Sinodu. Anke fis-Sinodu tal-2012, il-Kardinal Gianfrance Ravasi kien tkellem dwar salib it-toroq li l-Knisja ma tistax tevita u wieħed minnhom kien proprju l-Isport.

Għaliex iż-żgħażagħ jipprattikaw l-isport? Hemm ħafna raġunijiet u motivi, fosthom ix-xewqa li wieħed jikseb suċċess, il-fama, il-flus, is-sbuħija u l-abbiltà fiżika. Uħud, wara ħafna sagrifiċċji li jagħmlu isiru champions, jitilgħu fuq il-podium u jirċievu l-premju tar-rebħa tagħhom. U hawn tqum il-mistoqsija: Dan iż-żgħażugħ/a li qed jiċċaħħad minn tant affarijiet u jagħmel sforz enormi jagħraf li ħajtu/ħajjitha hi preżenti fil-Knisja? Hemm xi ħadd jgħinu, xi ħabib jew bniedem tal-Knisja li jaf jidderiġi dawn l-isforzi lejn ir-ruħ, lejn valuri morali, lejn Kristu u jgħinu jifhem li l-bniedem hu għaqda flimkien tal-ispirtu u tal-ġisem? Ħafna atleti jafu li l-karriera tagħhom, is-suċċess u l-fama malajr jgħaddu u jibdew jistqasu dwar il-futur tagħhom. Aħna, il-Knisja inkunu magħhom biss bħala ammiraturi, nifirħu għalihom mal-oħrajn fl-istadju jew meta narawhom fuq it-televiżjoni, qal Mons. Florczyk.

Fl-aħħar Logħob Olimpiku ftit biss kienu dawk it-timijiet nazzjonali li kienu akkumpanjati minn Direttur Spiritwali għalkemm l-organizzaturi pprovedew postijiet għat-talb fil-Villaġġ Olimpiku. Il-kura pastorali tal-atleti għandha tkun inkluża fil-ħajja tal-Knisja ta’ kull nazzjon u ta’ kull djoċesi.

L-Arċisqof Pollakk insista li l-Evanġelju u t-tagħlim tal-Knisja, isaħħu u jiffurmaw lill-atleti minn ġewwa. Dawk li verament iridu jsiru champions għandhom iħarsu lejn Kristu, Sid il-Ħajja, Missier l-Umanità; għandhom iħarsu lejn dak li jurihom it-triq li twassal għar-rebħa. Dwar dan jitkellmu ħafna l-Ittri ta’ San Pawl.

“Illum, id-dinjità tal-isportivi kif ukoll il-prinċipju tal-“fair play” huma esposti għal ħafna perikli. Għalhekk id-dinja tal-isport jinħtieġ li tagħraf il-veru valuri u n-normi morali. U hawn għall post għal Kristu, għall-fidi u għal dak l-assistent li bħala xhud ta’ Kristu jgħin biex id-dinja tal-isport issir ferm aktar sabiħa,” temm jgħid l-Isqof Florczyk lill-Isqfijiet Sinodali.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.