Stedina biex il-Papa jżur il-Korea ta’ Fuq


Il-Ħamis 11 ta’ Ottubru 2018: L-Uffiċċju tal-President Sud Korean qal li meta l-president se jiltaqa’ mal-Papa Frangisku fit-18 tà Ottubru, huwa se jgħaddi stedina biex il-Papa jżur il-Korea ta’ Fuq.

fr1 koreaMin-naħa tiegħu, il-Vatikan ikkonferma li l-President Sud Korean, Moon Jae-in  se jkollu laqgħa mal-Papa fl-istess data fil-Vatikan. Lejliet din il-laqgha, il-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan se jiċċelebra l-Ewkaristija għall-paċi fil-peniżola Koreana fil-Bażilika ta’ San Pietru, u Moon se jkun preżenti.

L-istqarrija tal-uffiċċju tal-president qalet li l-mexxej Nord Korean, Kim Jong Un, qal li pajjiżu se joffri ”merħba ferventi” lill-Papa Franġisku, jekk dan jaċċetta l-istedina taż-żjara.

Meta l-kelliemi ta’ Moon, Kin Eul-kyeom kien ikkwotat mill-Korea Times, dan qal li l-”President Moon issuġġerixxa li Chairman Kim jiltaqa’ mal-Papa, peress li l-Qdusija Tiegħu għandu għal qalbu l-paċi fil-peniżola Koreana.”

Il-mexxej Nord Korean ”wiegħed lil Moon li jagħti merħba xierqa lill-Papa jekk iżur Pyongyang, il-kapitali tal-Korea ta’ Fuq.”

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija