Il-karità tal-Papa Franġisku tiġri bħal-vleġġa qisha Vespa

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018: Xahar wara li ingħatat lill-Papa Vespa 50R tas-sena 1971, b’number plate u liċenzja personali, dan il-mutur inbiegħ u d-dħul mill-bejgħ ingħata lill- Elemosineria Apostolica. Ngħixu flimkien il-waqt tad-donazzjoni.

Benedetta Capelli – Belt tal-Vatikan

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=l-HsBIkXyBs?rel=0&w=560&h=315%5D

Ġwanni Pawlu II, fl-Ittra Appostolika Novo Millennio Ineunte f’għeluq il-Ġublew tas-sena 2000, għamel sejħa għal “fantasija tal-karità” ġdida li kellha tfewwaħ bil-“qsim bejn l-aħwa”. Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa l-mandat li l-Papa Franġisku ta lill-Elemosinjier, il-Kardinal Konrad Krajewski li, flimkien ma’ ħafna volontarji qed imexxi dan is-servizz għall-fqar, “il-ġisem ta’ Kristu”.

Vespa biex tgħin lill-fqar

Kien propju don Corrado – hekk isejjħulu l-ħbieb tat-triq – li mar ma’ delegazzjoni żgħira tal-“Club Vespa nel Tempo” għand il-Papa Franġisku, qabel l-‘Angelus’ tat-2 ta’ Settembru li għadda. Bħala rigal lill-Papa l-emblema ta’ Pajjiż li beda jqum fuq saqajh wara l-ħerba tal-gwerra; daqsxejn ta’ motor cycle li malajr kien sar simbolu taljan u għal bosta drabi baqa’ msemmi għad-dehra tiegħu f’bosta films li kienu għamlu suċċess bħal, ngħidu aħna, “Roman Holiday” (1953) li fih ħadu sehem Audrey Hepburn u Gregory Peck li ġġerrew mal-belt kapitali rekbin Vespa bajda. Dik li ngħatat lil Papa ġiet personalizzata b’numru tal-liċenzja  ‘ad hoc’: BF362918 (Bergoglio – Francesco- sena tat-twelid – u d-data 2 ta’ Settembru, 2018, il-jum tad-donazzjoni). Vespa tassew partikolari li nbiegħet lil persuna privata minn Brescia u l-flus li tħallsu ingħataw għall-opri tal-karità.

L-Elemożinerija u l-opri tal-karità

L-Elemożinerija, fl-imgħoddi, kienet magħrufa għall-“fantasija tal-karità u mxiet dejjem skont ix-xewqat tal-Papa li jingħata kollox lill-fqar u lil kull min hu fil-bżonn. Fil-Milied tas-sena 2014, il-Governatorat tal-Belt tal-Vatikan kien organizza lotterija għall-benefiċenza li kellha suċċess kbir, inizjattiva li ġiet ripetuta f’diversi okkażjonijiet bħall-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Kull darba id-dħul mill-bejgħ tal-biljetti ingħata lill-Elemożinerija Appostolika. Il-premji mtellgħin kienu jkunu dejjem rigali li kien jirċievi il-Papa Franġisku waqt l-udjenzi, laqgħat u vjaġġi. Fost dawn kien hemm il-karozza li l-Papa nnifsu kien juża matul il-vjaġġ fil-Korea t’Isfel f’Awwissu 2014.

Ġesti żgħar u prezzjużi

Ix-xogħol straordinarju tal-Elemożinerija huwa dak li jsir bil-moħbi. Il-Papa Franġiske fl-Udjenza Ġenerali tat-12 ta’ Marzu, 2016 kien fakkar li l-imħabba hija “il-qadi konkret met’aħna nservu wieħed lill-ieħor. L-imħabba mhux bil-kliem biss, imma b’dak li nagħmlu … l-imħabba hija li taqdi! Li taqdi b’umiltà, fis-skiet u fejn ma jarak ħadd, kif Ġesù stess qalilna”. Hekk qed jagħmel l-uffiċċju tal-karità tal-Papa li kuljum joffri 11,000 somom żgħar li min hu fil-bżonn. Fl-2017 biss ingħataw 3.400.000.. Ġesti żgħar – hekk jgħarrfuna dawk tal-Elemożinerija – li huma bħall-fwieħa: ma jidhrux imma jħallu rieħa tfuħ.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Louis Spiteri

 

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading