Patri Dionisju Mintoff dwar l-Arċisqof Oscar Romero


Is-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018; Lejliet il-kanonizzazzjoni ta’ Oscar Romero li kien Arċisqof ta’ San Salvador u li ġie assassinat fuq l-artal stess waqt li kien qed iqaddes nhar l-24 ta’ Marzu 1980, tlabna l-kummenti ta’  Patri Dionisju Mintoff ofm, fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal-Far.

Il-poeżija li semma Patri Dionisju waqt il-kummenti li tiegħu, miktuba minn Ernesto Cardenel u li kienet inqrat mill-Arċisqof Romero nnifsu …

Mulej, Mulej, għaliex tlaqtni?
Anqas baqagħli xbiha ta’ bniedem
In-nies jarawni qisni munzell żibel
Mormi min-naħa għall-oħra
U jitkexkex min jaqra fuqi fil-ġurnali.

Inħares fejn inħares insibni mdawwar
Fuq il-lemin tiegħi, tankijiet
Fuq ix-xellug, machine guns
Ħdejn rasi, barbed wire
u ħdejn riġlejja, xokkijiet tal-elettriku.

Isejħuli l-jum kollu.
Bin-nar pinġewli numru fuq ġismi
u b’dan in-numru jsibuni fuq il-lista.
Ġibduli ritratt wara l-barbed wire
daqs kieku fuq ritratt ta’ x-ray
u għaddewli għadmi kollu.

Neżżgħuni minn ismi.
Neżżgħuni minn ħwejġi.
U għarwien wassluni sal-kamra tal-gass.
Qasmu bejniethom ħwejġi.
Qasmu bejniethom art twelidi.
U ngħajjat bil-għatx għall-morfina
ħadd ma jisma leħni.
Xarbuli xufftejja bil-gideb ta’ mħabba morra.
Marsus minn kullimkien ġo ġlekk tal-forzi
Kaxkruni għal sptar tal-moħħ.

L-għaraq ixoqq għalija. Kollox idur bija.
Agunija twila
f’mixja oħra lejn it-tinda tal-ossiġnu.
Nifsi tqil, qed nifga l-aħħar.
Nibki waħdi f’ċella tal-pulizija.
Ġismi pjaga waħda, imbenġel u mniġġes
minn għodod ta’ qilla.
U ħadd ma jersaq lejja għax ġismi mittiekel
bħal imġiddem.

Imma għadni nista’ nlissen kelma
Lil ħuti irġiel u nisa.
Uliedi subien u bniet.
Għadni nista’ nbierek ismek f’art twelidi.
U l-għanja ta’ tifħir tiegħi
tasal f’widnejn artijiet oħra.
L-għanja tal-fqar madwar ħobża fuq mejda.
L-għanja tan-nies tagħna b’għors ta’ festa.
L-għanja ta’ art ħielsa-ġdida.
L-għanja ta’ nies ġodda, l-għanja tan-nies ta’ għada.

Ernesto Cardenal

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.