L-Evanġelju tas-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 11, 27-28

Mimlija entużjażmu, din il-mara waqqfitu minn dak li kien qed jgħid huwa u jitkellem fuq il-ħażen tax-xitan u l-bluha tad-dixxipli, ta’ dawk li jfitxxu t-tajjeb għax jixtiequh tassew. Ħasset li f’dak li kien qed kien hemm il-verità; indunat li kellu l-kuraġġ jgħid dak li ħadd ma jissogra jitkellem dwaru u jgħeleb bih lil dawk li kienu jonsbuh.

U hi mhux inqas minnu. Hi wkoll ġabret il-kuraġġ kollu li kellha fiha biex tiddikjara li għarfitu ta’ dak li hu, u ta’ mara li kienet u, jista’ jkun ukoll li kienet omm, għajtet dan kull quddiem kuklħadd. Waqqfitu biex tgħidlu u f’dik is-sikta li seħħet wara li leħinha waqqaf lil tiegħu, Ġesù mhux biss ma jinjorajhiex iżda jikkonferma dak li qalet.

Nimmaġnaw it-tbissima fuq wiċċu waqt li jiftakar f’ommu u jikkonferma li tassew hi kienet il-hienja. Diġa Eliżabetta kienet antiċipat dan il-kliem ta’ Ġesù fl-istess Evanġelju meta lil Marija qaltila li tassew kienet hienja għax emmnet kulma bagħat jgħdilha l-Mulej, u hi stess ħabbret li kull nisel għad isejħilha hienja. San Luqa, f’din is-silta, jagħti prova tal-profezija li Marija għamlet dwarha nnifisha meta l-preżenza ta’ Alla kienet diġa tgħammar fl-Iben ta’ Alla magħmul bniedem f’ġufha.

Ġesù jikkonferma li dak li qalet din il-mara huwa minnu iżda jkompli jżid li huwa iktar hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla u jħarisha; dawk huma ħutu u ommu. Is-smiegħ tal-Kelma ta’ Alla u t-twettiq tagħha huwa l-għajn tal-hena ta’ Alla, hena li ma jiddependix minn dak li l-bniedem jgħaddi jew jgħadduh minnu, iżda mill-preżenza kontinwa ta’ Alla f’qalbu u r-rabta tar-rieda divina mar-rieda tal-bniedem; huwa hena li ma jitteħidx u ma jgħibx fix-xejn.

Sa ftit taż-żmien ilu konna nagħmlu emfasi fuq kemm aħna bbumbardjati b’dak li nisimgħu minn kulħadd u kullimkien; donna ridna nispjegaw id-dgħufija tagħna billi nibnuha fuq dak li jgħidilna ħaddieħor, qisna bla moħħ li jaf jagħraf u jagħrbel dak li jisma’. Nafu li aħna nisimgħu dak li rridu u nagħtu kas dak li jaqblilna. Illum irridu ngħidu li aħna l’ħin kollu kkargati biex inpaċpċu, nitkellmu, nuru fehmitna, niftaħru u neżaltaw fl-opinjonijiet tagħna, ħafna drabi mibnija fuq ix-xejn; irridu l-ħin kollu nsemmgħu leħinna u ngħidu ħaddieħor x’għandu jagħmel. Ir-riżultata huwa frustrazzjoni u dwejjaq, għax ovvjament, ħadd ma jagħmel dak li jgħidulu għax irid jagħmel dak li jrid hu.

Ġesù ċar ħafna fi kliemu. L-hena huwa ta’ dawk li l-ewwel jisimgħu u mbagħad iwettqu, mhux jitkellmu. Ma jeskludix li jitkellmu, iżda l-emfasi huwa fuq dak li jinstema’ u dak li jitwettaq. Kull dixxiplu huwa ħabbâr tal-Evanġelju; irid jemmen dak li jaqra fih, jgħallem dak li jemmen u jgħix dak li jgħallem.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.