L-Evanġelju tas-Sibt 27 ta’ Ottubru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 13, 1-9

Ma qrajthomx il-gazzetti? staqsewh. Ma smajtx li dak il-kiefer Pilatu qatel lil dawk lil-pellegrini? Xi ħtija kellhom biex sofrew dan kollu? Hawn min jinqeda bid-diżastri naturali jew b’diżgrazzji kkawżati mill-bnedmin stess biex iwewer lin-nies, għax wasal l-aħħar tad-dinja, għax il-bnedmin midinba jistħoqqilhom il-kastig. Mingħalihom dawn in-nies li qed jagħmlu pjaċir lil Alla għax in-nies imwerwra, mbagħad iduru lejh.

Dwar dawn iż-żewġ inċidenti li jsemmu n-nies lil Ġesù ma nisbu xejn dokumentat f’dokumenti storiċi oħra ħlief din il-kitba ta’ San Luqa, lanqas ebda sejbiet arkeoloġiċi ma jikkonfermawhom jew jiċħduhom. Nafu li Pilatu kien magħruf għall-ħruxija tiegħu, u San Luqa jintroduċih hawnhekk biex iħejjina għal meta Ġesù jsib ruħu quddiemu. Bl-għadira ta’ Silwa nafu għax Ġesù għamel miraklu hemm u hemm fdalijiet arkeoloġiċi li juruna fejn setgħet kienet, u jista’ jkun li maġenbha kien hemm xi torri li waqa’ bħal ma ġieli jiġri. Hu x’inhu in-nies li marru quddiem Ġesù jwasslulu dawn l-aħbarijiet riedu jisħqu kemm Alla jikkastiga l-ħażen anke bill jikkawża dawn it-tbatijiet u dawn l-imwiet; Alla, donnhom riedu jgħidu, għalkemm ma jħallasx kull nhar ta’ Sibt, imma jiġi l-jum li jħalla su jitħallas billi jivvendika ruħu mid-dnubiet tal-bnedmin billi jaħqarhom u joqtolhom.

Ġesù ma jħallihomx idaħħluh fin-nasba tal-ħsieb li Alla hu qattiel. Ħadd ma hu midneb iktar minn ħaddieħor, għax kull dnub ta’ kull bniedem inissel ġerħa u jbiegħed lill-bnedmin minn Alla. Il-kundanna tistħoqq mhux lil min jidneb iżda lil min ja jindimx minn dnubu, għax jagħżel li jibqa’ fih, iwebbes rasu fil-ħtija u jiġġustifikaha. Meta l-bniedem ifarfar il-ħtija tad-dnub tiegħu u jiċħad li għandu tort, ikun qed jitfa’ t-tort fuq Alla stess. Dan hu l-għemil faħxi li jiġib fuqu t-telfien għal dejjem.

Ġesù jagħti eżempju ta’ kif iġib ruħu Alla. Bħalma dejjem saħaq u tenna, Alla jibqa’ jittama. Il-ħniena tiegħu mhux biss twasslu biex jaħfer iżda biex iħalli lill-bniedem jibda mill-ġdid. U biex il-bniedem jirnexxilu iktar, ma jħallihx waħdu, iżda jagħtih l-għajnuna, l-enerġija u l-qawwa li għandu bżonn biex iqum u jimxi u jasal.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.