Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Novembru 2018


Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Novembru 2018.
d5z_3632_28sep18_93211-154099350173.jpg

Il‑Ħamis 1 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ġimgħa 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin Kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 3 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Qrendi.

Il‑Ħadd 4 ta’ Novembru, fid‑9:00 a.m. u fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti fil‑Knisja Arċipretali tar‑Rabat.

It‑Tnejn 5 ta’ Novembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil ħames seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

It‑Tlieta 6 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, b’suffraġju għall‑erwieħ tal‑isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi.

Il‑Ġimgħa 9 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, f’għeluq il‑50 sena mit‑twaqqif ta’ Caritas Malta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 10 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni
fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera f’għeluq il‑100 sena mit‑twaqqif tal‑parroċċa.

Il‑Ħadd 11 ta’ Novembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl‑okkażjoni ta’ Jum it‑Tifkira, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fil‑11:00 a.m., l‑Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti fil‑Knisja tax‑Xgħajra, u fl‑4:30 p.m. jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti fil‑Knisja Parrokkjali taż‑Żurrieq.

Is‑Sibt 24 ta’ Novembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Fleur‑de‑Lys. Fis‑7:00 p.m., l‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jbierek salib ġdid fil‑Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, Birkirkara.

Il‑Ħadd 25 ta’ Novembru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali taż‑Żurrieq f’għeluq il‑200 sena tal‑vara titulari ta’ Santa Katarina. Fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof jibda korteo minn fejn il‑monument ta’ Kristu Re, il‑Furjana, li jimxi lejn il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fejn tingħad it‑talba tal‑għasar. Din iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

L‑Erbgħa 28 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑bidu tan‑Novena bi tħejjija għall‑festa tal‑Immakulata Kunċizzjoni, f’Bormla.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.