Avvent ma’ Marija – L-Ewwel Ġimgħa – It-Tlieta


PREŻENTI

“Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem”. – Luqa 1:29

1 TlietaGħalkemm it-tislima ta’ Gabrijel hi mimlija bil-ferħ, b’dak kollu li riedet tfisser il-kelma “ifraħ”, il-Bibbja turina kif l-istorja ddur b’mod interessanti. Marija “tħawdet ħafna” b’dak li ntqalilha (Lq 1:29). Marija tistagħġeb bil-glorja ta’ Alla. Tħossha ċkejkna ħdejn il-qawwa u l-preżenza ta’ Gabrijel. Tħossha anzjuża għat-tislima ta’ Gabrijel u f’qalbha jitqanqlu xi mistoqsijiet. Imma, dan mhux biss għax Marija tgħaddi minn dawn l-emozzjonijiet, għax imqar wieħed minna aktarx kien iħoss kif ħasset Marija. Imma Marija hi preżenti għall-mument preżenti: hi konxja minn dak li qed jitqanqal f’qalbha.

Ma għandna l-ebda prova li Marija b’xi mod kienet taf li l-anġlu kien ħa jiltaqa’ magħha f’dak il-mument. Aktarx li Marija kienet qiegħda sempliċiment tgħix il-ħajja tagħha, tagħmel bħas-soltu l-faċendi tal-ġurnata. Imma dan il-jum kien differenti, mhux minħabba f’dak li kienet qed tagħmel Marija, imma pjuttost minħabba dak li kien qed jagħmel Alla. Marija kienet sempliċiment qed tgħix ħajjitha bħalma kienet tagħmel is-soltu – preżenti għall-mument preżenti. Minħabba f’hekk, hi mhux biss għarfet il-preżenza tal-anġlu, imma semgħet ukoll it-tislima ta’ Alla u kienet konxja minn dak li kien iċċaqlaq fil-qalb tagħha.

Forsi l-paċi ta’ Nazaret għenitha biex tkun preżenti. Jien nistħajjel li ħafna minna li qed jaqraw din il-meditazzjoni jkollhom jitqabdu ma’ dawn iż-żewġ affarijiet – jiġifieri, li jgħixu ħajja b’pass kalm, u li jkunu preżenti għall-mument ta’ issa. Bl-istess mod, minħabba fir-ritmu li bih ngħixu ħajjitna, ħafna minna m’aħniex konxji minn dak li qed iseħħ fil-qalb tagħna. Huwa hawn, ġewwa fina, fi qlubna, li aħna nsibu lil Alla jistenniena u lil Alla jkellimna. Hu fil-fond ta’ qalbna, fi qlubna, li aħna niltaqgħu ma’ Alla.

Hemm rabta diretta bejn ir-ritmu ta’ ħajjitna u kemm aħna kapaċi nkunu preżenti għall-mument ta’ issa. U hemm rabta diretta bejn li ngħixu preżenti għall-mument ta’ issa u l-ħila tagħna li nkunu konxji ta’ dak li qed iseħħ fil-qalb tagħna. Iktar ma ngħixu preżenti għall-mument ta’ issa, iktar insiru konxju ta’ x’qed jgħidilna Alla u kif qed imexxina. Immaġina kif tkun ħajtek kieku kellek tkun iżjed konxju minn dak li Alla qed jgħidlek u minn kif Alla qed imexxik. Tixtiequ dan?

Illum qatta’ ftit ħin tistaqsi lilek innifsek: “Jien qed inkun preżenti għall-mument preżenti? Jien tassew preżenti għall-persuni li nkun magħhom u għas-sitwazzjonijiet li jkolli x’naqsam magħhom?”. Itlob lil Marija tgħinek. Itlobha tgħallmek. Itlobha tidħol għalik biex tista’ tkun preżenti għall-mument preżenti.

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 46. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 46. Itlob b’Luqa 1:29 u staqsi lilek innifsek intix tassew ferħan. Imbagħad, tenni t-talba li tlabna lbieraħ:

“Missier, daħħalni iktar fil-fond ta’ dan l-Avvent. Nixtieq li dan il-Milied ikun l-aqwa Milied li qatt kelli. Għinni nħejji ruħi għall-Milied billi nagħmel minn dan l-Avvent l-aqwa wieħed li qatt kelli”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.