Avvent ma’ Marija – It-Tieni Ġimgħa – L-Erbgħa


DUR

“Marija… reġgħet lura lejn darha”. – Luqa 1:56

48356466_1066586980187252_4634501842481446912_n.jpgIl-Vanġelu ta’ Luqa jgħidilna li “Marija baqgħet na’ Eliżabetta għal tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha” (Lq 1:56). Hekk kif Marija bdiet il-pellegrinaġġ tagħha ta’ disat ijiem mil-Lhudija lura lejn Nazaret, il-vjaġġ tagħha ma kienx kollu warad u żahar. Marija kienet tfajla żagħżugħa tqila b’tarbija f’kultura Lhudija li soltu sitwazzjonijiet bħal dawn kienet titrattahom bit-tħaġġir. Marija kienet semgħet lil Eliżabetta tiżguraha, imma kienet tafha wkoll ir-realtà tal-Liġi ta’ Mosè u kif kien sa jkun il-ġudizzju tal-belt ċkejkna ta’ Nazaret. Fuq kollox, aktarx li Marija kienet qed tivvjaġġa lura lejn darha flimkien mal-qraba tagħha. Ma jistax jonqos li huma nnutaw li kienet bdiet turi sinjali fiżiċi tat-tqala tagħha, u f’dak is-skiet imbarazzanti tal-iżolament, wieħed jista’ jimmaġina kif il-biża’ beda jpespes f’widnejn Marija kif “reġgħet lura lejn darha”. F’dan kollu, Marija kellha ddur lejn Alla.

Meta waslet lura d-dar, maret minnufih għand Ġużeppi. Billi l-Iskrittura tgħidilna li Marija “marret tħaffef”, nistgħu nassumu li ħalliet Nazaret għal-Lhudija qabel ma kellha l-ħin tkellem lil Ġużeppi (ara Lq 1:39). Niftakru li, b’differenza mit-tradizzjoni moderna tal-Punent, l-għerusija fil-kultura Lhudija ta’ dak iż-żmien kienet iktar mis-sempliċi għerusija tal-lum. L-għerusija kienet perjodu temporanju, li seta’ jdum sena, bejn iċ-ċelebrazzjoni tar-rabta taż-żwieġ u meta l-miżżewġin jibdew jgħixu flimkien taħt l-istess saqaf.

Ġużeppi u Marija kienu diġà daħlu għar-rabta taż-żwieġ. Tul il-perjodu tal-għerusija, Ġużeppi kien qed iħejji d-dar tagħhom u għal Marija biex tidħol fiha. Waqt li Marija kienet qiegħda tħejji ruħha fil-Lhudija, Ġużeppi kien il-Galilija jħejji għall-wasla tagħha lura. Imma, dik il-wasla tagħha lura ġabet magħha ħafna iżjed milli hu kien ippreparat għalih. Meta Ġużeppi ra lill-għarusa tiegħu, sab li kienet “saret omm” (Mt 1:18).

Ipprova immaġina l-bixra ta’ wiċċ Ġużeppi meta ra l-ewwel darba lil Marija tqila. Immaġina x-xokk tiegħu għall-ispjega tagħha li dan kien “bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu”. Bl-istess mod, immaġina lil Marija u r-reazzjoni emozzjonali tagħha għat-tweġiba ta’ Ġużeppi. Kif Ġużeppi “għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies”, Marija għal darb’oħra kellha ddur lejn Alla.

Meta niġu wiċċ imb wiċċ mat-tbatija, it-tentazzjoni tkun li ningħalqu fina nfusna flok induru lejn Alla. Hemm bżonn ta’ deċiżjoni soda tar-rieda tagħha jekk irridu nibqgħu f’relazzjoni miftuħa għal Alla. Madankollu, aħna u nistennew lill-Mulej, nafu negħjew nistennew, negħjew nissaraw. It-tentazzjoni hi li nippruvaw insewwu l-problema flok nibqgħu ffukati fuq il-Mulej u nafdaw fit-tweġiba tiegħu.

Fis-sarar tagħha, Marija tagħmel deċiżjoni bir-rieda sħiħa tagħha. Iddur lejn Alla u tiddeċiedi li tilqa’. Meta tkun tissara, fuq min iddur? Iddur lejn Alla, u, jekk iva, għal kemm żmien? Jew iddur ġo fik innifsek u tipprova ssewwi l-problema waħdek? Iddur għall-vizzju u tipprova tinsa?

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 23. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 23. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 1:56. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, imqar meta nkun fil-wied mudlam tiegħi, għinni ndur lejk u nagħraf li int tinsab maġenbi”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.