Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem

Is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2019: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charlon Muscat bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

Dun Charlon Muscat twieled fil‑30 ta’ April 1985 u trabba l‑Mosta fejn irċieva l‑edukazzjoni fl‑iskola primarja fil‑Mosta. Huwa kiseb l‑edukazzjoni sekondarja fl-iskola Vincenzo Bugeja, Birkirkara, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2013.

Dun Charlon beda l‑ħidma pastorali tiegħu fl‑2013 fil‑parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin, u fl‑2014 inħatar Direttur tal‑Vokazzjonijiet Djoċesani. Serva wkoll bħala direttur spiritwali fl‑iskola tas‑Seminarju Minuri u kien joffri servizz pastorali fil‑parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, Ħad Dingli.

Il‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem tiġbor fiha madwar 5,800 persuna f’1,675 familja.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading