KRISTU HUWA L-VERITÀ


 

21. Is-Sibt wara t-Tielet Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Imbagħad Ġesù qal lit-Tnax:“Tridux titilqu intom ukoll?” Wieġbu Xmun Pietru: “Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 6, 67-68).

Dan il-vers huwa meħud mill-istess kapitlu 6 ta’ San Ġwann li jitkellem fuq l-Ewkaristija. Meta semgħu lil Ġesù jitkellem dwar l-Ewkaristija bosta dixxipli telqu u Ġesù qal lit-tnax: “Tridux titilqu intom ukoll?” (Ġw 6, 67).

L-isfida li Ġesù għamel lit-tnax għadu jagħmilhielna sal-lum permezz tal-Knisja. Imwaqqfa minn Kristu, hija kompliet matul dawn l-elfejn sena xxandar il-messaġġ ta’ Ġesù kif inhuwa, anki jekk ma jintgħoġobx minn xi persuni, hekk li qamu diversi persekuzzjonijiet fl-istorja tal-Knisja.

Il-Knisja xxandar il-verità sħiħa, jiġifieri l-messaġġ ta’ Ġesù, applikat għaż-żminijiet tal-lum. Hija tagħmel dan mhux biex tintgħoġob, iżda biex tkompli l-kmand ta’ Ġesù u twettqu bir-reqqa u mingħajr kompromessi mal-fehmiet tad-dinja, akkost ta’ kollox.

Qegħdin ngħixu fi żmien ta’ suġġettiviżmu estrem li l-Papa Benedittu XVI sejjaħlu relattiviżmu. Jiġifieri kulħadd jara l-verità kif jidhirlu huwa u mhux kif inhija fir-realtà fiha nnifisha: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja” (Ġw 14,6).

In-Nisrani veru ma jistax iħaddan ideat ta’ relattiviżmu fejn jidħlu materji ta’ fidi u morali iżda jrid iħaddan il-verità. Din hija t-triq il-vera li Alla jrid li ngħaddu minnha. U flimkien ma’ San Pietru nistgħu ngħidu: “Mulej, għand min immorru? Inti biss għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem”(Ġw 6, 68).

Għalhekk, quddiem dan ir-relattiviżmu estrem, għandna naraw x’jgħidulna l-Papa u l-Isqfijiet dwar problemi ta’ fidi u morali. Ma ninsewx li Kristu huwa preżenti fid-dinja permezz tal-Knisja li għadha xxandar il-messaġġ tiegħu, il-Verità.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.