Isqof jagħmel qabża bil-paraxut għall-vokazzjonijiet


Mons. Xavier Malle, l-Isqof tad-djoċesi ta’ Gap et Embrun, fi Franza, il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu għamel qabża bil-paraxut biex iħajjar lil żgħażagħ ħalli jwieġbu għas-sejħa tas-saċerdozju u jidħlu s-seminarju.

mgr_xavier_malle_rcf_792x366.jpgL-iskop tal-Isqof Malle hu li jħeġġeġ liż-għażagħ biex jagħmlu “qabża ta’ fiduċja” u jirriflettu dwar il-vokazzjoni reliġjuża u saċerdotali. Huwa qal li “ċirkustanzi estremi jitolbu sport estrem”. Minħabba li din is-sena ma ordnax saċerdot wieħed fid-djoċesi tiegħu, l-isqof iddeċieda li jħabrek kontra n-niżla ‘l-isfel tal-vokazzjonijiet.

https://www.la-croix.com/Religion/eveque-saute-parachute-vocations-2019-08-22-1201042363

Rapport ta’ Joe Galea