Inbiddlu l-ġid u r-rikkezzi f’relazzjonijiet.

Print Friendly, PDF & Email

Fl-Angelus ilbieraħ minn Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qal li Ġesù jistedinna nagħmlu ħbieb mal-għana biex inbiddlu l-ġid u r-rikkezzi f’relazzjonijiet. Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-Vanġelu tal-Ħadd fejn Ġesù jirrkkonta l-ġrajja tal-amministratur makakk li jara kif iserraħ ruħu minn future kwiet billi jnaqqas id-dejn ta’ dawk li kellhom jagħtu lil sidu. L-għan tiegħu kien li jagħmel ħbieb magħhom bit-tama li fi żmien ta’ bżonn isibhom.

angelusIl-Papa qal li Ġesù ma jippreżentax dan l-eżempju biex jeżorta d-diżonestà iżda biex juri l-makakkerija, dik l-intelliġenza u ħila li tegħleb sitwazzjonijiet diffiċli.

Il-Papa spjega li l-ġid materjali jista’ jwassal għal diviżjoni u diskriminazzjoni. L-istedina ta’ Ġesù li nitħabbu mal-għana hija stedina li nkunu nafu kif indawru l-ġid u r-rikkezzi f’relazzjonijiet għaliex in-nies jiswew aktar mill-affarijiet u mir-rikkezzi li għandhom.

Ġesù jiżgurana li dejjem għadna fil-ħin biex insewwu l-ħażin li nkunu għamilna.  Min kien kawża ta’ dmugħ, iferrraħ lil xi ħadd; min ħa dak li mhux dritt tiegħu, jagħti lil min hu fil-bżonn.  Jekk nagħmlu hekk il-Mulej ifaħħarna “għax inkunu mxejna bil-‘ħażen'”, jiġifieri bl-għaqal ta’ min jagħraf lilu nnifsu bħala iben Alla u jirriskja personalment biex jikseb is-Saltna tas-smewwiet.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

%d bloggers like this: