Il-Ħadd li ġej, Jum Dinji tal-Migrant u r-Rifuġjati

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem l-Angelus il-Papa sellem lill-fidili kollha u b’mod partikolari lill-parteċipanti tal-Via Pacis, maratona tal-ġiri li għaddiet mit-toroq ta’ Ruma biex twassal messaġġ ta’ paċi, fraternità, u fuq kollox, ta’ djalogu bejn id-diversi kulturi u reliġjonijiet.

Il-Papa Franġisku fakkar ukoll li l-Ħadd li ġej, 29 ta’ Settembru, huwa l-Jum Dinji tal-Migrant u r-Rifuġjati għal din l-okkażjoni se jiċċelebra quddiesa fi Pjazza San Pietru. Huwa ħeġġeġ għat-talb biex nesprimu l-qrubija tagħna lejn il-migranti u r-refuġjati tad-dinja kollha.

Ara l-messaġġ tal-Papa Franġisku għal Jum il-Migranti u r-Refugjati …

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

%d bloggers like this: