Mgħammdin u Mibgħutin: ktejjeb ġdid għal matul ix-Xahar Missjunarju


Mgħammdin u Mibgħutin: riflessjonijiet ta’ Papa Franġisku għal matul ix-Xahar Missjunarju Straordinarju huwa ktejjeb żgħir b’bosta riflessjonijiet li Papa Franġisku għamel f’dawn l-aħħar snin fuq din it-tema. Paġna wara l-oħra dan il-ktejjeb joffri riflessjoni qasira, kif ukoll it-talba għal matul dan ix-xahar u numru ta’ sentenzi ta’ Ġesù, waħda għal kull ġimgħa, biex jakkumpanjaw lill-qarrej matul dan ix-xahar straordinarju.

ktieb.156948318737

Fi ħsieb il-Papa Franġisku, kull mgħammed huwa msejjaħ biex ikun missjunarju. Dan mhuwiex xi ħsieb ġdid li qatt ma smajna bih. Sa mill‑bidu tal-Kristjaneżmu, fuq l-istess mandat ta’ Ġesù, kull Nisrani huwa mibgħut biex jaqsam bil-ferħ il-fidi tiegħu mal-oħrajn.
Fi żminijietna l-Papa Franġisku qed jenfasizza l-missjonarjetà tal‑Knisja biex kull mgħammed iqajjem f’qalbu dan l-ispirtu missjunarju li qatt ma jista’ jkun nieqes f’min iddeċieda li jkun ta’ Kristu.

Huwa għalhekk li, fuq xewqa tal-Papa, dan ix-xahar ta’ Ottubru ser ikun Xahar Missjunarju Straordinarju biex matulu aħna l-Insara fid-dinja napprofondixxu iktar ir-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù li huwa l-mibgħut ta’ Alla. Aħna mistiedna wkoll biex nifhmu iktar is-sejħa li għandna ta’ mibgħutin u b’hekk niġġeddu fl-impenn missjunarju billi ninħallu minn dak li jorbotna ħalli nkunu nistgħu ningħataw iktar għall-oħrajn.

Dan il-ktejjeb, ippubblikat minn Preca Publications, jista’ jinxtara minn Librerija Preca għall-prezz ta’ €3.

Rapport mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – MUSEUM

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.