Għoxrin sena wara l-indipendenza mill-Indoneżja, Timor tal-Lvant hu pajjiż b’ħafna sfidi, fosthom il-faqar, il-qagħad u l-emigrazzjoni. L-Arċisqof il-ġdid tad-djoċesi ta’ Dili – Mons. Virgilio do Carmo da Silva – li fil-11 ta’ Settembru ġiet elevata għal Arċidjoċesi, qal li minkejja dan kif ukoll it-tħajjir minn setet bħax-Xhieda ta’ Jehovah, il-Knisja f’dan il-pajjiż ċkejken hi għaddejja minn transizzjoni ta’ Knisja ta’ sofferenza għal waħda li qed takkumpanja lill-poplu għal aktar libertaà fid-dinja moderna. Hu inkuraġġanti kif is-seminarji tas-saċerdoti huma mimlijin hekk li se jkollhom jitkabbru biex jilqgħu aktar seminaristi.
Rapport ta’ Joe Galea